Home arrow News arrow News arrow It-Tieni Jum tat-Tridu: Fr. Alfred Grima ifakkar l-40 Anniversarju tas-Sacerdozju
It-Tieni Jum tat-Tridu: Fr. Alfred Grima ifakkar l-40 Anniversarju tas-Sacerdozju PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Contributed by Joseph Xuereb   
Jun 19, 2008 at 07:20 PM
Ftit tal-minuti ilu, fil-Knisja Rotunda bdiet Koncelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu.  Din il-koncelebrazzjoni qed titmexxa minn Fr. Alfred Grima, li qieghed ifakkar l-40 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu. 
Fil-bidu ta' din il-Quddiesa, Dun Alfred tkellem dwar l-esperjenza sacerdotali tieghu, fejn semma' kif sa minn ftit wara l-ordinazzjoni tieghu, huwa mar il-Kanada u hemmhekk qieghed iwettaq hidma pastorali bhala Kappillan fil-Parrocca ta' St. John Fisher.  Huwa appella wkoll ghall-iktar vokazzjonijiet, u qal li ghal bosta snin huwa kien iservi sacerdot wahdu f'din il-parrocca u ried ikun ta' servizz ghall-eluf ta' parruccani.  Mons. Carmelo Mercieca, ghamel ukoll messagg qasir ta' l-okkazjoni.
Il-priedka tat-Tieni Jum tat-Tridu saret minn Patri Joe Vassallo O.P..  Huwa tkellem dwar l-importanza taz-zwieg nisrani li l-Battista ddefenda.  Semma wkoll kemm huwa mportanti li fil-familja jitrawmu valuri sodi u principji nsara biex hekk ikomplu jsahhu l-hidma tal-familja favur iktar vokazzjonijiet religjuzi.
Patri Vassallo tkellem ukoll dwar l-importanza tal-messagg li l-Battista ghadu jwasslilna llum ukoll biex inkunu tassew ulied kif jixraq ta' Alla.  Fi tmiem il-priedka tieghu, Patri Vassallo talab lill-Battista biex ikompli jbierek l-ghaqdiet kollha u l-parruccani kollha tax-Xewkija biex bhal Battista nkomplu nxandru lil Kristu.
User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 19, 2008 at 07:22 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 23 rd April 2024
16:26 
A+ | A- | Reset