Written by Claudio Vella
|
Jun 20, 2008 at 03:30 AM |
Bhas-snin l-imghoddija, din is-sena il-marc tal-Hamis, maghruf bhala l-marc tal-Hniena kien success. F'dan il-marc ma naqasx il-briju li jafu jaghmlu z-zghazagh xewkin. F'dan il-marc jiehdu sehem bosta zghazagh xewkin kollha lebsin il-flokk tradizzjonali tal-festa. Waqt dan il-marc gew sparati karti minn karru mahdum apposta. Komplew lewnu l-atmosfera ghadd kbir ta' bziezaq li ntefghu. Ma naqasx in-nar ta' l-ajru, malli l-marc wasal il-Pjazza. F'dan il-marc hadet sehem il-Banda Prekursur u l-Banda San Girgor ta' Kercem. Il-marc beda minn Triq il-Madonna Tal-Hniena, ghadda minn Triq San Bert, mill-Pjazza u spicca fi Triq San Zakkarija. L-istatwa ta' San Gwann iz-zghir ngarret fuq l-ispallejn waqt dan il-marc, imbaghad wara giet imtella' fuq il-pedestall. Ritratti: Frans Galea
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jul 18, 2008 at 07:47 PM )
|