Home arrow News arrow News arrow Festa San Gwann Battista 2019 - Tlieta 18-6-2019
Festa San Gwann Battista 2019 - Tlieta 18-6-2019 PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jul 11, 2019 at 12:01 PM

It-Tlieta 18 ta’ Gunju 2019, programm Vokali u Muzikali hdejn il-kazin tal-banda Prekursur fi Triq Santa Katerina, mill-Banda Prekursur fl-okkazzjoni tad-90 l-anniversarju tal-banda Prekursur.  Il-compare ta’ dan il-programm kienu s-sinjura Marija  Maercieca u s-Sur Jseph Grima it-tnejn mir-rahal tax-Xewkija.

Il-programm kien taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur  Mro Anthony Borg.  Il-Programm beda bl-Innu lix-Xewkija ta' Carmelo Pace, Innu lil G?awdex ta' Joe Vella. L-ewwel silta muzikali kienet il-marc  Bandology ta’ Eric Osterling, it-tieni silta muzikali The Olympic Spirit ta’ John Williams, wara s-sur Luke Galea qara poezija tal-okkazzjoni mil-pinna tal-bandist Xewki Omar Camilleri,  bl-isem Disghin Sena Anniversarju tal-Banda Prekursur,  it-tielet silta muzikali Palladio tal-kompozitur ta’ fama mondjali Karl Jenkins, is-silta ta wara kienet il-medley tal-group tant popolari Queen li jgib l-isem Queen in Concert fuq arrangament ta’ Jay Bocock, l-ahhar silta muzikali mil-generu tal-film li zgur ma’ ghandu bzonn l-ebda introduzzjoni, din is-silta ggib l-istess isem tal-film,  Pirates of the Caribbean arrangament muzikali ta Klavs Bodlet. 

 

 DSC_2546-2000
 DSC_2558-2000
 DSC_2714-2000


 

Wara din is-silta muzikali thabbar li is-Surmast Direttur  Anthony Borg kien offra r-rizenja tieghu ta surmast Direttur minhabba raguijiet personali tieghu u dan kien l-ahhar programm tieghu fil-festa ta’ San Gwann Battista bhala  Surmast Direttur tal-banda Prekursur, hawn thabbar li l-Assistent Surmast Mark Gauci bi qbil unanimu mill-Kumitat tal-banda Prekursur inhatar bhala is-seba’ Surmast Direttur tal-banda Prekursur. Warra l-bandist is-Sur Omar Camilleri qara poezija bhala ringrazzjament tal-hidma kbira tas-Saurmast Anthony Borg tul dawn it-22 sena , bl-isem Grazzi lis-Surmast Tonio Borg. Hawn is-Surmast Anthony Borg ghadda  l-bakketta tad-direzzjoni lis-Surmast Mark Gauci.  Din is-sena l-Kumitat zghazagh Brijuzi Xewkin ikkummisjoni innu marc religjuz gdid f’gieh il-patrun San Gwann Battista, bl-isem Ghaziz Gwanni Patrun Taghna.  Il-kompozizzjoni muzikali  ta’ dan il-marc hija ta s-Surmast Mark Gauci fuq lirika tas-Sur Mario Borg.  Ic-chairman is-Sur Johnny Azzopardi pprezenta dan l-Innu lil arcipriet tax-Xewkija Mons. Daniel Xerri.  Hawn dan l-innu indaqq ghal ewwel darba mill-banda Prekursur, taht id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci flimkien mal-kantanti is-Sinjura Marthese Borg u Mario Caruana. Saru diskorsi tal-okkazzjoni mis-segretarju tal-banda s-Sur Charles Borg, mis-Sindku s-Sur Paul Azzopardi, mill-Ministru ghal Ghawdex Dr Justyne Caruana, saret prezentazzjoni ta’ frame lil zewg bandisti tal-banda Prekursur, lis-SurJohn Haber u Donald Camilleri fl-okkazzjoni ta’ 25 sena ta servizz li banda. Wara l-banda esegwiet l-Innu Grandjuz ta’ San |Gwann Battista muzika tas-surmast Fundatur Andrea Borg, kliem tas-Sur Joseph Serafin Cutajar, hadu sehem il-Kor tal-banda Prekursur, flimkien mat-Tenur Charles Vincenti, il-Baritnu Ivan Vella u l-Mezzo-Soprano Matehese Borg, solo fuq il-klarinett kien il-bandsit Xewki Joseph Vella u solo fuq il-kurunetta kien il-bandist Xewki Dareen Pace, wara l-banda spiccat bid-daqq ta  l-Innu Lill Banda Prekursur ta’ Vincenso Ciappara, l-Innu Lil San Gwann l-Ghammiedi ta’ Vincenso Ciappara u l-programm spicca bl-innu Nazzjonali ta’ Robert Sammut.  Kien hemm ukoll hruq tan-nar minn fuq il-bejt tal-kazin.  Wara din is-serata sar il-ftuh uffi?jali tal-wirja fil-kazin tal-banda bl-isem 90 Sena, hidma, Arti u Kultura, mill-Ministru ghal Ghawdex Dr Justyne Caruana.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 11, 2019 at 12:15 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
11:28 
A+ | A- | Reset