Home arrow News arrow News arrow Festa San Gwann Battista 2019 - il-Hadd 23-6-19 Purcissjoni
Festa San Gwann Battista 2019 - il-Hadd 23-6-19 Purcissjoni PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jul 23, 2019 at 10:52 AM

Il-Hadd 23 ta' Gunju 2019 filghaxija sar il-marc ta’ qabel il-purcissjoni mill-Banda Prekursur li beda minn hdejn il-kazin tal-banda sa Pjazza San Gwann Battista. Waqt li bdiet hierga l-purcissjoni. Il-Banda Prekursur laqghet l-istatwa artistika ta’ San Gwann Battista (1845), xoghol fl-injam u kapulavur ta’ Mastru Pietru Pawl Azzopardi, bl-Innu Relizjuz il-gdid Ghaziz Gwanni, Patrun taghna, taht id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci, u wara, il-Banda Prekursur esegwit l-Innu l-Kbir La Natività di San Giovanni Battista (1950), kompozizzjoni ta’ Mro Indrì Borg u versi ta’ Guzeppi Serafin Cutajar, bis-sehem tat-Tenur Charles Vincenti, tal-Baritonu Ivan Vella, tal-Mezzo Sopran  Marthese Borg u l-Kor tal-Banda Prekursur, taht id-direzzjoni ta’ Mro Anthony Borg. Ta minn jinnota li din kienet l-ahhar darba li  s-surmast Anthony Borg idderiga dan l-Innu bhala Surmast Direttur tal-banda Prekursur.

purc

 

Fil-purcissjoni il-Banda Prekursur daqqet  l-innijiet  fosthom l-innu l-gdid Ghaziz Gwanni, Patrun taghna,u marci religjuzi.  Il-banda mistiedna kienet , il-Banda Mnarja tan-Nadur, fejn ghamlet marc minn Triq Indipendenza sa Pjazza San Gwann Battista fejn wara esegwit programm muzikali taht id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Grech. Hekk kif l-Istatwa artistika u devota ta’ San Gwann Battista waslet hdejn il-kazin tal-banda, il-bandisti tal-banda Prekursur daru faccata tal-Istatwa sabiex isellmula bid-daqq tal-Innu Mar?ja fost il-kant ta’ hafna zghazagh Xewkin prezenti. Id-dhul trijonfali tal-istatwa artistika ta’ San Gwann Battista fil-knisja beda minn hdejn id-dar tal-arcipriet fejn indaqqu l-innijiet religjuzi u bejn kull innu kien hemm hsieb religjuz fuq San Gwann Battista li kien imexxi mill-arcipriet Mons Daniel Xerri, fost hafna zghazagh Xewkin.  Ta minn jinota li il-kumenti tan-nies prezenti kien x’festa sabieha jafu jaghmlu x-Xewkin.
User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 23, 2019 at 10:54 AM )
<Previous   Next>
Saturday, 20 th April 2024
12:09 
A+ | A- | Reset