Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 16 guests online
Home arrow Poeziji arrow Lil San Gwann Battista 1897 (B'Malti modern) Poezija tas-Sacerdot De Bono Fortunatu
Lil San Gwann Battista 1897 (B'Malti modern) Poezija tas-Sacerdot De Bono Fortunatu PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jul 08, 2008 at 11:50 AM
Min ma jridx O Kbir Giovanni
F'dan il-jum ifahhrek mieghi?
Qaddis int sa min guf ommok
Deh' t-tifhir isma' t-talb tieghi.

L-isem tieghek grazzja jfisser
U b'kull grazzja ghanniek Alla
Hekk dak kif Gesu gie jzurek
Ebda ghama fik ma halla.

 DSCF0644
Tarbija kont mohhbi f'guf ommok
Meta bil-ferh hemm ithennejt
U missierek hall ilsienu
Benedictus beda jghid.

Minn dar ommok rajniek tahrab
Helu tfajjel ta' xi sentejn
O Giovanni ckejken, ckejken
Fejn int sejjer Giovanni fejn?

God-desert l-aktar imwarrab
Mort tinheba u fit-tbatija
Fost is-sawm, l-ghakkis tal-gisem
Ta' Gesu diga sirt xbiha.

Biex issir kbir quddiem Alla
Iccekkint bosta quddiem l-art
Wahdek, wahdek gewwa id-desert
Il-faqar b'siehbek hemm int htart.

B'gild ta' gemel int tinsatar
X'tiekol hlief l-ghasel u l-girat?
Ghall-art dejjem l-irqad tieghek
Ghageb bhalekqatt l-art ma rat.

Safja qalbek kif il-gilju
Bniedem bhalek ma deher qatt
U l-kbar grazzji, il-gid tas-sema
Li tak Alla ma ta lil hadd.

Lehen kont int god-desert
U n-nies semghet il-kliem tieghek
Int xandart il-penitenza
U n-nies stqarret l-Alla mieghek.

Tal-Messija li kellu jitwieled
It-triqat inti mort wittejt
Inti ghajjatt: "Ecce Agnus Dei"
U tipriedka lilu ukoll bdejt.

Fuq ir-ras ta' Gesu Kristu
L-ilma sawwabt minn gol-Gordan
U Alla semma' l-lehen tieghu
"Il-mahbub Ibni" qal " Hu dan".

Tas-suppervi Farisej
Kont iccanfar il-kburija
Is-sultan ukoll mort twiddeb
Sabiex tharbu mill-hzunija.

Fil-kastell ta' Macheronte
Fejn ghabbiek bi ktajjen tqal
Hsiebek biss dejjem kien f'Alla
U xejn ma rajt il-pwieni twal.

Erodiade x-xellerata
Tobghod tobghod tarak qaddis
Kontra tieghek l'Erodi xxewwex
U maqtul ukoll tridek fis.

Erodiade tghid lil bintha
Li m'ghandiex titlob ebda gid
'Mma f'bacil ir-ras ta' Gwanni
maqtuha tara biss kienet trid.

Kbir bankett kien ta Erodi
Fil-gurnata ta' twelidu
Fejn Salome' zifnet bosta
U s-sultan weghedha nofs gidu.

Is-sultan ghax halef t'iblah
Lil Salome' ried kuntenta
U r-ras qata' ta' Giovanni
Lilu msejken itturmenta.

O fidil martri ta' Kristu
F'dan il-jum isma' t-talb taghna
It-tifhir int ukoll ilqa'
Henn ghalina w ieqaf maghna.

Sliem ghalik O kbir Giovanni
Ta' Gesu kbir Prekursur
Lejn is-sema fis ittajjar
Ghall-Kuruna ta' l-unur

Fit-twelid, fil-hajja, f'mewtek
Lilek naghtu kull fohrija
Ibierkuk il-hlejjaq kollha
Bik titghaxxaq ix-Xewkija.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 08, 2008 at 11:52 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 16 th April 2024
07:55 
A+ | A- | Reset