"Open Day " f'Ghar ix-Xih |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 17, 2008 at 12:34 PM |
Il-bierah l-Erbgha il-Kunsill lokali tax-Xewkija organizza "Open Day" fil-post fejn ghar-raba' sena qed isir skavar fl-inhawi ta' Ghar ix-Xih. Fil-ghodu kienu diversi familji li zaru il-post fil-waqt li fil-ghaxija il-Kunsill organizza trasport ghal-dawk kollha li xtaqu jmorru. Kienu madwar tletin ruh dawk li uzaw it-trasport provdut mil-Kunsill, fil-waqt li studjuzi kif ukoll studenti fissrulhom dwar ix-xoghol li ghaddej bhal issa f'dawn l-inhawi. Is-sindku tax-Xewkija Dr. Monika Vella kienet man-nies li marru jaraw il-post fil-ghaxija. {Ritratti : Frans Galea } | Dehra tal-post fejn qed isir l-iskavar |
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jul 17, 2008 at 02:33 PM )
|