Home arrow Poeziji arrow Il-Madonna tas-Skiet
Il-Madonna tas-Skiet PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jul 23, 2008 at 11:55 AM

Poezija ta' A.Cuschieri
 baby jesus
Fuq driegh ommu l-Bambin rieqed
Wiccu 'l fuq, idu mitluqa
donnhom jibku, donnhom jidhku
dawk ghajnejh, ghad li maghluqa.

 Kif San Gwann, tarbija bhalu,
lemhu rieqed, x'aktarx xtiequ
jilghab mieghu, u mar fuqu;
'mma kif medd idejh fuq siequ

biex issikket lil Govanni
li kien qieghed b'harstu lejha,
malajr l-Omm tellghet sebaghha;
u zammitu fuq xufftejha.

Kemm int helwa, O Marija,
B'dak is-sebgha fuq xufftejk!
u xi hniena, u xi hlewwa
f'dik il-harsa ta' ghajnejk!

Le thallix lil min imissu,
hallih rieqed, O Marija,
Ghax, jekk issa ghajnejh jiftah,
ma jarax hlief dmugh u dmija.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 23, 2008 at 07:21 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 23 rd April 2024
16:47 
A+ | A- | Reset