Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Lil San Gwann Battista
Lil San Gwann Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jul 23, 2008 at 11:58 AM
Poezija ta' J.Zammit Ciantar
26/6/1960
 st john(1)
Illum waslet il-gurnata
Mistennija mix-Xewkin,
San Gwann tieghek Festa Kbira,
Meta n-nies tkun ferhanin.

Inti gejt fid-dinja thejji
Ghall-mistenni triq Mulej.
Kont lin-nies qed tghallem, tghammed,
Ghax kien wasal il-Feddej.

U lin-nies ghedtilhom jaghmlu
Penitenza, ghax iz-zmien
Kien ga qorob li f'did-dinja
Jinzel Alla tal-Holqien.

In-nies hasbet l'int Elija
Jew li int Profeta kbir
Ghaliex qalet maghmudija
Minn hadd aktar tista ssir.

Fil-Gordan imbaghad ilmahtu
Fejnek Kristu darba gej,
U hemmhekk b'ilmet l-ghadira
Int ghammidtu lill-Mulej.

U sa s-sewwa tiddefendi
Kontra mort l-imperatur
Kien ghaliex in-nies habbitek
Li biss ordna tkun mahqur.

Bint Herodias, Salamone,
Kienet zifnet wisq sabih
U lir-Re ta' dak il-pranzu
Kienet gost kapaci 'ttih.

...Tant, li lilha dan offrielha
Nofs l-imperu, kulma trid,
'Mma omm wiegbet Salamone
"Ras Govanni f'platt irrid"

U spiccat, San Gwann Battista,
Ta' did-dinja hajtek hekk,
Imma llum qed fuq l-artali
Qaddis kbir narawk hawnhekk.

U ghalhekk f'dat-Tempju ahna
Illum nghajtu ferhanin;
"Kien il-Prekursur ta' Kristu"
San Giovanni tax-Xewkin.

 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 30, 2008 at 05:38 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
11:39 
A+ | A- | Reset