Home arrow Poeziji arrow Quddiem l-Istatwa ta' San Gwann Battista
Quddiem l-Istatwa ta' San Gwann Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Aug 06, 2008 at 01:00 AM
(Fis-Sena Internazzjonali taz-Zghazagh-24/6/1985)
Poezija ta Julian Refalo Rapa
 san%20gwann%203
Ta' kull sena f'dal jum tal-Ghid tieghek
nigi nzurek f'dat-tempju wahdieni
biex nitghaxxaq bil-harsa ta' wiccek.
li tqaddisni, taghmilni wisq hieni.

F'din is-sena maghzula ghaz-zghazagh
itfa w ferrex barkiet b'mod specjali,
fuq dawn hutna li tilfu kull paci,
lil qrabathom qed jifnu bil-ghali.

 

Qeghdin jghixu fi snin wisq imhawwda
fejn isibu lil ftit li jifmuhom.
Waqt li bosta qed jaghmlu min kollox,
biex b'kull vizzju moqziez ihassruhom.

Lejn min jistghu iduru l-imsejkna,
jekk mhux lejk O Gwanni l-Ghammiedi?
Int illum ghandek tkun mudell taghhom
f'kull tigrib, taghhom tkun il-fejjiedi.

Jekk jinxtehtu f'riglejk O Giovanni
zgur li nsibu kull tarf tat-tahwid,
li qed f'mohhhom u f'qalbhom iberren
ghax l-isfrattu, dan taghhom irid.

Ibqa' ghallimhom jistmerru z-zina,
u l-frughat li toffrilhom il-hajja.
Fik jaraw zaghzugh umli u safi.
li tad-dnub ma kellux l-icken tbajja.

Qatt ma bzajt mit-theddid u t-tbatija
ghaliex kont wisq sincier u qalbieni.
Lil Erodi canfartu, widdibtu,
ghax kien hati ta' dnub l-aktar zieni.

Kif jarawk b'dik il-harsa li tqanqlek
u jinfexxu f'delirju ta' ferh,
ixhet f'qalbhom il-grazzja qaddisa
garanzija ta' hena u serh.

 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 07, 2008 at 05:23 PM )
<Previous   Next>
Wednesday, 24 th April 2024
23:21 
A+ | A- | Reset