Home arrow News arrow News arrow Laqgha Missjonarja Djocesana
Laqgha Missjonarja Djocesana PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Aug 07, 2008 at 11:46 AM

 Nhar l-Erbgha 6 t’Awissu saret assemblea ta’ l-ghaqdiet bi preparazzjoni ghall-Missjoni Djocesana, li se tibda fl-1 ta’ Ottubru 2008 u tibqa’ sejra sal-bidu tax-xahar ta’ Gunju 2009.  Din l-assemblea hadet forma ta’ laqgha ta’ talb, immexxija mill-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca.  Waqt din il-laqgha saru zewg interventi – wiehed minn Dun Giovanni Curmi, segretarju ghall-pastorali, u l-iehor minn Dun Anton Theuma li hu inkarigat mill-Missjoni Djocesana.  Ghal din il-laqgha kien hemm prezenti ghadd sabih ta’ membri mill-ghaqdiet religjuzi li ghandna fil-parrocca (Legjun ta’ Marija, Azzjoni Kattolika u Socjetà tad-Duttrina Nisranija). L-iskop tal-Missjoni Djocesana huwa: 

  1. Biex l-insara tal-gzira ikollhom l-opportunità li jergghu jghixu l-grajja tax-xandir ta’ l-Ahbar it-Tajba mwassla minn Pawlu.
  2. Biex jergghu jaghrfu s-sbuhija tal-hajja tad-dixxipli ta’ Gesù.
  3. Biex jergghu jaghrfu, b’gharfien shih u rieda soda, li jhobbu lil Gesù, jiehdu sehem aktar attiv fic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija u jkomplu l-formazzjoni nisranija taghhom.

    {Informazzjoni: Trevor Sultana Ritratti: Frans Galea }
md1

 Dun Govanni Curmi waqt il-laqgha

 

 md2

 Membri mill-ghaqdiet waqt il-laqgha


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 07, 2008 at 08:26 PM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
10:07 
A+ | A- | Reset