Home arrow Poeziji arrow Lil San Gwann Battista Patrun tax-Xewkija
Lil San Gwann Battista Patrun tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 5
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Aug 23, 2008 at 03:00 AM
Poezija ta' Mary Haber 
 PA130112

Fost il-martri u l-Profeti
Fost l-Appostli, l-Qaddisin
Fost kull xorta ta' Beati
Gwanni jizboq l-ewlenin.

Fejn hu l-qies tal-kobor tieghek?
Bhalek hadd, daqsek imkien.
Gmielek kien fil-hsieb minn t'Alla
Sa mill-bidu tal-holqien.

L-Iben Tieghek habbek bosta;
T'Ommu ghadu kien fi hdan
Meta zarek f'dar missierek
W'int f'guh ommok qbizt ferhan.

Int gharaftu ghax gejt mimli
Dak il-hin b'ruh il-Qdusija,
Bil-ferh tieghek nebbaht 'l ommok
Illi hdejk hemm il-Messija.

Ferraht anke l-Vergni Mbierka
Li stqarrejt b'Omm il-Feddej,
Waqt li din infexxet fl-ghanja:
"Ruhi tkabbar lill-Mulej".

"T'Izrael Imbierek Alla"
Lissen f'daqqa Zakkarija
X'hin x'ghad jghaddi minnek bassar,
Ghad li kont ghadek tarbija.

Ghamlu briju ta' Ain Karem
Malli raw it-Twelid tieghek;
Dlonk sqarrew x'ghad tohrog inti
Ghax l-id t'Alla kienet mieghek.

Tromba int ta' Ruh il-Qodos
Li b'lehenha l-midinbin....
Ressqet lejk soghbiena w niedma,
U mbgh'd minnek imghammdin.

In-nies kollha tal-Lhudija
Kienu jigu jisimghuk....
Ghal qdusitek bosta minnhom
Kristu nnifsu wkoll hasbuk.

Il-Hallieq b'kemm il-gieh sebbhek,
Wiehed minnhom huwa dan:
Meta minnek Alla Bniedem
Safa' mghammed fil-Gordan.

X'ghandu x'jaqsam Anglu mieghek
Spirtu safi, minghajr gisem?
Inti, Gwanni, ghad li bnieden
Sthoqqejt t'Anglu l-gieh u l-isem!

Ir-ras tieghek giet maqtugha
Ghax int qbizt ghad-dritt taz-zwieg
Kont canfart int lil Erodi;
"Mart mhux tieghek ma tiswiex!"

Kbir, sabih, jghaxxaq u jsahhar
Dan il-Maqdes l'ahna llum
Qed intellghu f'giehek Gwanni,
Biex zmien twil wieqaf idum.

Ghad lI t-Tempju xoghol ta' bniedem
Qisu hazzu Anglu b'idu!
Ghalkemm fqir gens ix-Xewkija
Ta ghall-Maqdes demmu w gidu.

Ma jistax wild ix-Xewkija
Ma jhossux kburi, ferhan
Meta jara lir-Rotunda
Qalbu ssib sliem u serhan.

Jibqa Gwanni jhares dejjem
Lil dal-gens li jhobbu shih,
Jibqa jharsu, jbierku, jseddqu
Biex l-ebda ghadu ma jifnih.

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 20, 2008 at 10:18 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
10:05 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org