Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Il-Prekursur
Il-Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Aug 26, 2008 at 03:00 AM
 
 Poezija tal-Kav. Joe M. Attard 9.11.1989
 st john 4

Il-Battista jew l-Ghammiedi
Gie ihejji lill-Feddej
Triq, moghdija minghajr hotob
Fil-Gordan qaghad jarah gej.

W'ghalkemm ma kienx denn li jhollu
Biss il-qfieli ta' riglejh
Bl-ilma ta' gox-xmara ghammdu
Hekk amarlu x'hin kien hdejh.

 

Ghadda z-zmien u Gwanni kompla
Ta' Gesu jxandar l-ahbar
God-desert, qalb il-muntanji
Fost il-kbar u qalb iz-zghar.

Lil Erodi wkoll mar canfar
Talli kien biddel lil martu
Ma kienx jibza milli jghidlu
illi dik ma kinitx hajtu.

Ta' dan kollu l-Prekursur
Halla rasu taht mannara
Mill-gdid mar igawdi 'l Kristu
Wicc imb' wicc lilu qed jara.

Minn gol-genna issa jhares
B'mod specjali lejn dal-poplu
li Rotunda ried jibnilu
U lsienu zgur ihollu.

Biex qima u mhabba juri
Lil ta' Kristu prim kugin
Lilu jghozz b'imhabba ghamja
lejh dlonk jersaq hu f'kull hin.

Mastru Pawlu Azzopardi
Mghallem b'sengha minn gol-belt
minn zokk sigra silet statwa
li ma tafx x'inhuwa ghelt.

Ghax issahhar lil min jersaq
biex ihares joqghod lejha
jekk iddur il-gzira kollha
ma ssibx wisq joqghodu hdejha.

Prekursur, Battista, Ghammiedi
Bierek dan il-Poplu taghna
Harsu mit-tweghir u l-hazen
Biex fil-grazzja hu jistaghna.

Sabiex wara din il-hajja
Hdejk hu jigi mal-Hallieq
Fit-tgawdija gewwa s-Sema
Fejn m'hemmx biki nkella lfieq.

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 20, 2008 at 10:19 PM )
<Previous   Next>
Wednesday, 24 th April 2024
22:30 
A+ | A- | Reset