Home arrow News arrow Australia arrow Festa ta San Gwann Battista gewwa Sydney Awstralija
Festa ta San Gwann Battista gewwa Sydney Awstralija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Contributed by Jesmond Attard   
Sep 01, 2008 at 01:23 AM

Inselmilkom hbieb Xewkin,

 

Jien Jesmond Attard li ser nikteb dawn il-ftit ahbarijiet biex nghidilkom kif b'succes iehor ghamilna il-festa ad unur San Gwann Battista gewwa l-knisja tas-San Mikiel ta' Blacktown  l-stat ta' Sydney. L-ewwel haga nixtieq nirringrazja lil Vicky Muscat u l-kumitat kollu ta' Sydney ghas success tal-festa li kellhom. Jien minn nahha tieghi kelli l-unur li nkun presenti u hadt hafna pjacir. Il-festa kienet tikkonsisti f'quddiesa solleni li giet iccelebrata minn  Father Terry G. tas-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl. Il-kant kien f'idejn il-kor Malti ta' N.S.W li ghamel hafna kant sabieh. Ghal din il-quddiesa attendew numru sabih ta' nies minn Sydney kif ukoll minn Melbourne u din is-sena kien hawn fostna persuni specjali minn Malta. Dawn huma Giovanna u Joe Buttigieg mix-Xewkija li jahdmu hafna ghar-rahal tax-Xewkija. Wara kien hemm purcisjoni bl-istatwa ta' San Gwann Battista, xoghol ta' l-skultur Xewki Hubert Saliba. Waqt il-pucisjoni hadet sehem il-banda Queen of Peace ta' N.S.W li daqqet marci sbieh mat-toroq ta' madwar il-knisja. Wara kien hemm id-'dinner dance' illi nista nghid li kien ippakkjat bin-nies li gew jiccelebraw din il-festa. Kien hemm ikla ta' hames korsi u band li ferhet lil kullhadd bil-muzika taghha. Kien hemm ukoll il-banda li daqqet marci brijuzi ghal festa li hemmekk giet merfugha l-istatwa ta San Gwann iz-zghir. Dik kienet il-festa fil-qosor  li nista' nghid kienet success kbir. { Rapport u Ritratti: Jesmond Attard }

fa1

L-Istatwa ta' San Gwann Battista gewwa Sydney 

 

 fa2
 fa3
 fa4
 fa5
 
fa6
 fa7
 
fa8
 fa9
 fa10(1)
 fa11
 fa12
 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 01, 2008 at 07:41 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
02:29 
A+ | A- | Reset