Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 14 guests online
Home arrow Poeziji arrow Lill-Qaddis Gwanni l-Ghammiedi Prekursur tal-Messija
Lill-Qaddis Gwanni l-Ghammiedi Prekursur tal-Messija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Sep 09, 2008 at 01:00 AM
 Poezija ta' Mons M'Ang Apap miktuba fit-2.6.1957
 111111111111111111111
 It-twelid minn tal-Battista
Huwa ghogba ta' qdusija
Ghax imhabbar sa mill-qedem
U gie mnissel fix-xjuhija.

Bosta kienu l-profeti
Illi habbru 'l Prekursur
Li triq tajba kellu jhejji
Lil tad-dinja s-Salvatur.

 

Imbaghad habbru l-Anglu t' Alla
Bhalma habbar lill-Mulej
Biex bil-kelma u l-ghemil tieghu
Juri 'l Kristu li kien gej.

Gesu mohbi fi hdan Ommu
Qaddsu qabel it-twelid
Sabiex jixbah b'xi mod Lilu
Tal-qdusija ghajn u Sid.

Ghalhekk l-Anglu fit-thabbira
Gieb dan l-isem mis-Smewwiet
Ghaliex Gwanni jfisser Grazzja
Kif urew kollha l-grajjiet.

Kif qatt seta' Zakkarija
Jemmen ghageb daqshekk kbir
Minn qatt issa jista jsikktu
Mit-tislim ta' kull tifhir?

Bir-ragun l-istess Messija
Qal li akbar minnhu m'hemmx
Ghaliex qabel deher fid-dinja
Ga kien jiddi bhala xemx.

Hawn kulhadd mistaghgeb staqsa
X'ser ikun minn dit-tarbija
Meta rawha hekk imzejna
Bil-Prodigju u l-qdusija.

Mhux ta' b'xejn il-Knisja Mqaddsa
Sa minn kmieni lilu qiemet
Sew bil-festi kemm bit-tempji
Illi lilu tibni riedet.

Mela thenna ja Xewkija
Illi bhala Protettur
Inti ghandek lil Govanni
Lill-Ghammiedi Prekursur.

U fit-triq li mar ihejji
Imxi w'rajh fil-hajja tieghek
Biex il-Grazzja minn tas-Sema
Qatt ma tonqos li tkun mieghek.

Hekk biss tista' ghall-gieh tieghu
Tkompli t-temju l'inti bdejt
Xhieda cara ta' l-imhabba
Li biha lilu habbejt.

Tempju zina ta' gziritna
Tempju kbir, tempju sabih
Tempju jixraq lil Battista
Illi glorja zgur jaghtih.

Sabiex wara li f'dat-tempju
'L Alla tqim b'ruh imsoffija
Gewwa t-tempju minn tal-Genna
Mieghu tibqa' fit-tgawdija.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 09, 2008 at 04:23 AM )
<Previous   Next>
Saturday, 20 th April 2024
14:07 
A+ | A- | Reset