Home arrow Poeziji arrow Kurunella lil San Gwann Battista
Kurunella lil San Gwann Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Sep 15, 2008 at 07:52 PM

Miktuba minn Mons Ludoviku Mifsud Tommasi
 st john 7
O Glorjuz San Gwann Battista
Prekursur minn ta' Gesu'
Ahna ghandek nirrikorru
Biex tharrigna fil-virtu'.
Inti gejt biex twitti t-triq
Ghala 'l migja tal-Messija
Inti deh dit-triq urina
Sabiex nimxu ghall-qdusija.

Int fil-guf t'Elizabetta
Qbizt bil-ferh urejt tgawdija
Hekk kif smajt il-lehen helu
tal- kbir' Omm Vergni Marija.
Minn dal=ferh l'gharaft allura
Nitolbuk li sehem taghtina
Biex ingawdu ahna bhalek
Lil Marija Omm hekk hanina.

Int l-ulied minn tal-bnedmin
Sa mill-bidu kollha zbaqt
Ghax profeta tal-kbir Alla
Inti sirt qabel il-waqt.
Bhall-profeta lilna widdeb
Ghaliex ahna hekk ghazzenin
Illi xejn ma rri8du naghmlu
Sabiex nilhqu mat-tajbin.

Bhal Danjel li mill-iljuni
B'ghageb kbir ma kiens minsus
Hekk mill-qilla tal-ghedewwa
Kellek xorti tkun mehlus.
Kif imwe6ttaq hekkda kmieni
Kont fil-grazzja tal-qdusija
Int hajjarna li nixtiequ
Ta' dil-grazzja l-gmiel u d-dija.

Bl-uzu mzejjen minn tad-dehen
Sa fil-hdan minn t'Ommok stess
Adorajt int l-Iben t'Alla
Lilu tajt f'qalbek pusses.
Bit-talb tieghek ieqaf maghna
Sabiex naghrfu dejjem 'l Alla
U ghal ebda gid tad-dinja
Dan il-gid minna jithalla.

Kif kont tfajjel kellek hila
Fost tbatija l-izjed kbira
Go l-gherien minn tad-desert
Hajja tghix harxa u fqira.
Int il-hila ddew aghmlilna
Li ninfirdu minn din l-art
Halli mmaqdru ahna bhalek
Dka kollu l'int maqdart.

Daka lehnek bhala raghda
Int sammajt lill-midinbin
Li b'sinjal ta' l-akbar soghba
Kienu minnek imghammdin.
Lilna lehnek ukoll samma
Biex nitbiddlu tabilhaqq
Li bla ndiema ma nidhrux
Meta jasal nhar il-haqq.

'Stama l-lehen tal-missier
Fegg l-Ispirtu tal-Qdusija
Meta minnek fil-Gurdan
Gesu' rcieva l-maghmudija
Biex inghozzu dik il-grazzja
li rcivejna kif tghammidna
Aghmel int li ahna nkomplu
Dak li 'l Alla nwieghdu ridna.

Ghax biz-zelu int canfart
Lil Erodi dizonest
Biex maqtugha tigi rasek
Manigold gie fejnek lest.
Il-kuruna ta' qdusitek
Kif irbaht int dak inhar
Nitolbuk biex taqilghalna
B'hajja tajba u  mewt ahjar.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 04, 2014 at 05:48 AM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
16:41 
A+ | A- | Reset