Home arrow News arrow Skola arrow Skola arrow Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Oct 11, 2008 at 10:57 PM

Kullegg ta’ Ghawdex,  Primarja Xewkija

It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru: It-tfal tal-P3 ikollhom l-ewwel doza kontra l-Hepatitis B.  Il-genituri jridu jigu u jgibu maghhom il-ktieb tat-tilqim.

Il-Hamis, 16 ta’ Ottubru, id-dental hygienist se jara lit-tfal tal- P3, P4, P5 u P6.

Il-Gimgha, 17 ta’ Ottubru, it-tfal tal-P2 se jzuru l-iSpecial Unit fl-iskola tas-Sannat.  Jigu lebsin it-tracksuit ta’ l-iskola u papocc  (9-10.30)

Avvizi

It-tfal jistghu jisimghu l-ispjega tal-Liturgija kull nhar ta’ Gimgha fid-9.15am jew kull nhar ta’ Sibt fis-2.05pm, fuq Radio RTK.  Din ix-xandira tghodd bhala lezzjoni tar-religjon.

Nhar il-Gimgha, 31 ta’ Ottubru, se norganizzaw harga ghall-genituri. Il-programm huwa dan li gej:

08.35   Niltilqu minn quddiem l-iskola.

08.55   Inzuru Muzew Karmni Grima.

09.35   Inzuru Muzew Frenc ta’ l-Gharb. (Gibu maghkom flixkun tal-plastic vojt biex timlew l-ilma mill-bir ta’ Frenc).

10.15   Inzuru Muzew tal-Folklore.

11.00   Inzuru d-Dwejra  u ghal min irid         jiehu boat ride (mhix inkluza fil-prezz)

12.15  Inzuru Ta’ Dbiegi Crafts Village.

01.00  Waqfa ghall-ikel f’restaurant.

02.15  Nerghu lura l-iskola.

Se jitqassam materjal edukattiv ghal dawk prezenti.

 Prezz hu ta €8.00 (Lm3.43) biss u jinkludi fih kollox inkluz l-ikel, transport u muzewijiet (barra l-boat ride).  Biljetti jinkisbu minghand il-membri tal-Kunsill Skolastiku u mill-ufficcju.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:41 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
05:20 
A+ | A- | Reset