Home arrow Poeziji arrow Innu Lix-Xewkija
Innu Lix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 8
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Nov 27, 2008 at 02:00 AM

Versi ta' Anton Haber li gew immuzikati minn
Mro Carmelo Pace fl-1970. Biha x-Xewkija sar l-ewwel rahal f'Ghawdex li kellu l-innu tieghu.

 xewkija
Qima naghtu Xewkin ghalenija
Ta' twelidna lir-rahal hanin:
Imkabbrin b'tifkirietu w grajjietu,
Wirt mill-eghzez ta' l-Ewwel Ghawdxin!

Jien inhobbok ja Rahal Ewlieni,
Bin di' l-Gzira moghnija bil-frott;
Inti smajt l-ewwel kelma ta' Pawlu,
Kelmet Alla li zmien qatt ma jhott.

Sliem ghalik ja Bint Ghawdex ghaziza,
Nieqa w Genna ta' wliedek Xewkin!
Sliema ghalik Bint Govanni Battista
Li bih qlubna jitghaxxqu kull hin!

Alla qieghdek sewsew f'nofs Gziritna,
Fuq daqxejn t'gholja xiha fis-snin;
Ghaniek b'Gens, wild il-hidma, u t-tjieba,
Gens qalbieni, ferrieh u hanin.

Ismek xtered, issebbah u staghna
Meta wliedek lil Gwanni hatruk:
U b'Rotunda ta' gmiel u ta' kobor
Ma l-barrani dawn zdiedu jkabbruk!

Sliem ghalik ja Bint Ghawdex ghaziza,
Nieqa w Genna ta' wliedek Xewkin!
Sliema ghalik Bint Govanni Battista
Li bih qlubna jitghaxxqu kull hin!

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Nov 30, 2008 at 03:14 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
07:00 
A+ | A- | Reset