Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 36 guests online
Home arrow Skola arrow Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Nov 29, 2008 at 05:00 AM

Gozo College Xewkija Primary

It-Tnejn,    01.12.08 Skola sa 12.00pm billi se jkun hawn laqgha fis-sala ghall-ghalliema taghna, dawk ta' Sannat u tar-Rabat dwar id-dokument tat-transizzjoni. 

 

It-Tlieta, 02.12.08  Illum hija Foundation Day, kien fit-2 ta' Dicembru, 1861 li nfethet l-ewwel Skola tal-Gvern f'dan ir-rahal.
8.05am Laqgha ta' l-Eko-Skola. Il-membri u l-genituri huma mhegga biex jattendu. 
8.30am L-assembly tkun f'idejn il-klassi tal-P4.  Il-genituri jistghu jattendu biex jarawhom.

L-Erbgha, 03.12.08 Jinbieghu l-ahhar biljetti ghal Coffee Morning tal-Hamis.  Mhux se jinbieghu biljetti mill-bieb.

Il-Hamis, 04.12.08 Get-Together/Coffee Morning li jibda fid-9.00am bis-sehem tat-tfal ta' l-iskola.  Ikun hawn tombla tajba.  Ejja hu pjacir u tkun qed tghin lil uliedek.
1.15pm  Il-P4 jattendu l-Kunsill Lokali Xewkija fl-okkazjoni tal-15 -il sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.  Se jiltaqghu mas-Sindku u Kunsillieri.
4.30pm  Tahdita mill-Gozo College fin-Ninu Cremona Lyceum Complex dwar ‘Il-Karriera u t-Trobbija ta' l-Ulied'.  Titkellem l-Onor. Dr. Justyn Caruana.

Il-Gimgha, 05.12.08  L-ahhar gurnata ta' xoghol ghas-sinjorina Rita Said, ghalliema f'din l-iskola ghal bosta u bosta snin.  Filwaqt li nirringrazzjawha tax-xoghol fejjiedi li wettqet b'risq it-tfal tax-Xewkija, nawgurawlha dak kollu li tixtieq qalbha. AD MULTOS ANNOS!
9.30am Laqgha ghal P6 dwar id-drittijiet tal-konsumatur.  Min irid jista jipprepara xi mistoqsijiet.
Illum se niehdu r-ritratti tal-klassijiet.  Kulhadd irid jigi bl-uniformi  shiha.

 

Avvizi

Kull min jixtieq idahhal il-presepju tieghu ghal wirja fl-iskola, ghandu jaghmel dan sal-Gimgha, 12 ta' Dicembru.  Se jinghata certifikat lil kull min jiehu sehem u premju lill-ahjar tlieta.

Kompetizzjoni bi premju:  F'liema sena nfethet l-ewwel skola tal-Gvern fix-Xewkija u  x'jismu l-President tal-Kunsill Skolastiku ta' din l-Iskola.  Iktbu isimkom, il-klassi u t-twegibiet u itfghuha fil-kaxxa ta' l-ittri ta' l-iskola.

Napprezzaw jekk min jista` jghaddilna oggetti tal-preserve, hwejjeg etc biex inkunu nistghu ntellghuhom fil-Get- Together ta' nhar il-Hamis, 04.12.08  Grazzi bil-quddiem.

Grazzi lil dawk il-genituri tat-tfal li se jiehdu sehem fid-danza tal-Karnival.  Minn din is-sena dahlet regola li skola tippartecipa darba kull sentejn u mhux kull sena fil-karnival ta' l-iskejjel.  Jigifieri, is-sena d-diehla l-iskola taghna mhux se tippartecipa ghax tkun ippartecipat din is-sena.

Nifirhu mal-membri ta' l-Eko-Skola li rebhu s-Silver Award u lit-tfal tal-P4 li permezz taghhom l-iskola rebhet digital camera.

Gozo College Xewkija Primary

Grazzi u Tislijiet

S.Tabone

Kap ta’ l-Iskola.

Rosa Magro Primary School 
Xewkija, Gozo.
Helpdesk: 2155 6341
E-mail: xewkija.primary.c @gov.mt
Website: http://schoolnet.gov.mt/xewkija

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:40 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 25 th April 2024
22:42 
A+ | A- | Reset