Home arrow News arrow Skola arrow Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Dec 07, 2008 at 03:00 AM

Gozo College Xewkija Primary

It-Tnejn, 08.12.08:
Festa Pubblika. Jum ta' studju.

It-Tlieta, 09.12.08:
*Laqgha ta' l-Eko-Skola 8.05am
*Bidu tan-Novena fis-sala waqt l-assembly (tal-Kinder jidhlu ma' tal-Primarja).  Suggett:  Il-Profeta
*P3 It-tieni doza  kontra l-Hepatitis B.  Il-genituri ma hemmx htiega li jigu u lanqas jibaghtu l-ktieb tat-tilqim.
*P4 Hands-on-Music. 

 L-Erbgha, 10.12.08:
*Novena Suggett:  San Guzepp.
*1.30pm Laqgha ghall-genituri u hbieb dwar il-Coffee Mornings/Get Togethers fis-sala.  Kull min ghandu suggeriment, ilment jew kumpliment ghandu jigi ghal din il-laqgha.
* Danza tal-Karnival

Il-Hamis, 11.12.08:
*Novena Suggett:  Il-Madonna

Il-Gimgha, 12.12.08:
*Novena Suggett:  Il-Pastur
*09.00am:  It-tfal tal-P3 u P4 jattendu l-attivita tal-Community Chest Fund flimkien ma' tfal minn skejjel ohra, ghal quddiesa f'Ta' Pinu.  Prezz: €1.00
*10.15am Laqgha dwar l-Abbuz fuq it-Tfal imtellgha mill-Kunsill Lokali fis-sala ta' l-iskola. Kelliema: Ms Michelle Debono.  Min jixtieq jattendi jaghti ismu lis-surmast.
*12.30pm :  Laqgha tal-Kunsill Skolastiku
*06.30pm - 08.30pm  Laqgha pubblika dwar  id-dokument Biex it-tfal kollha  jmorru ahjar mill-Primarja ghas-Sekondarja.  Il-laqgha se ssir fil-Liceo Ninu Cremona, fir-Rabat.  Inheggigkom sabiex tattendu.

mixja_03
Ikklikkja ir-ritratt ghal iktar informazzjoni

Avvizi

*Grazzi lil Mr Joseph Bartolo u Ms Mariella Grech li qed jiehdu hsieb il-website ta' l-iskola http://schoolnet.gov.mt/xewkija Ga tellghu r-ritratti  ta' Shared Reading li sar ma' tal-P4.  Zuruha!

* Prosit lil Ms Vella (P3), li ghadha kemm spiccat b'success kors dwar il-computers.

*Grazzi lil kull min attenda, offra xi rigali jew ghen biex il-Coffee Morning seta' kien success.  Grazzi ukoll lill-ghalliema, lit-tfal u lil membri tal-Kunsill Skolastiku.

*  Ghadu kemm kien restawrat Bambin antik fil-gebel  mill-istudenti ta' l-iskola ta' l-Arti, f'Ghajnsielem. Grazzi.

* Se nizirghu ftit gulbiena biex inkomplu nzejnu l-palk ghall-granet tal-Milied.  Nixtiequ li t-tfal tal-P1 igibu landa tal-plastic vojta (ez, bhal tal-butir);  it-tfal tal-P2 igibu tajjar u t-tfal tal-P3 igibu il-gulbiena.  Dawn imbaghad nizirghuhom.

* Jekk joghgobkom hallu l-gurnata tal-Gimgha, 19.12.08 vojta mill-impenji, jew ghal min jahdem, huduha leave biex tattendu ghal-Christmas Concert tat-tfal.  Hi haga sabiha li tkunu eqreb tat-tfal u l-iskola li fiha jattendu f'dawn il-granet sbieh tal-Milied. 

Gozo College Xewkija Primary

Grazzi u Tislijiet

S.Tabone

Kap ta’ l-Iskola.

Rosa Magro Primary School 
Xewkija, Gozo.
Helpdesk: 2155 6341
E-mail: xewkija.primary.c @gov.mt
Website: http://schoolnet.gov.mt/xewkija

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:37 PM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
10:31 
A+ | A- | Reset