Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 13 guests online
Home arrow Skola arrow Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Dec 22, 2008 at 02:26 PM

Gozo College Xewkija Primary

18.12.2008

*Issa li gejjin il-vaganzi tal-Milied, it-tfal iridu jibqghu jistinkaw minhabba li se norganizzaw Arbor Day (Jannar), l-Ezamijiet ta' Nofs is-Sena (P4/5) u l-Annwali (P6) u l-Karnival fi Frar.

 Ezamijiet ta' Nofs is-Sena/Annwali 

*It-Tlieta, 17.2.09, Ingliz.   English Listening u Maltese Listening
*L-Erbgha, 18.2.09, Matematika u Religion;
*Il-Hamis, 19.2.09, Malti u Studju Socjali

L-ewwel ezami ta' kull gurnata jdum 1.15mins ghal P4 u P5 fil-waqt li ghal P6 idum 1.30mins.
It-tieni ezami ta' kull gurnata jdum siegha (P4, P5 u P6) barra l-Listening li jdumu 20 minuta ghal kull suggett. 
*Fuq in-noticeboard ta' l-iskola hemm imwahhla t-time-table ufficjali ta' l-ezamijiet.

*Il-Gimgha, 20.2.09, Coffee Morning tal-Karnival.

Jum is-Sigar 

Din is-sena, fis-16 ta' Jannar, l-iskola taghna ntghazlet biex ikollha l-unur li  torganizza Arbor Day jew Jum is-Sigar  fil-Gimgha Masgara.  Ghal dan il-ghan se jzuruna diversi mistednin  distinti u se jithejja programm biex il-klassijiet kollha jiehdu sehem.  Issa li gejjin il-vaganzi, it-tfal ghandhom isibu hin biex jahdmu fuq dan il-progett.

 

*Il-Kinder, il-P1 u P2:  jippreparaw collages, isibu stampi ta' sigar, hxejjex
*Il-P3, fil-waqt li jsibu xi stampi jiktbu xi sentenzi hfief.
*Il-P4, il-P5 u l-P6 jistghu jiktbu komponiment jew jaghmlu ricerka dwar is-sigar (kemm ta' Malta kif ukoll dawk barranin), jiktbu xi poezija jew jaghmlu chart..  Wiehed jista' jikteb dwar il-gonna li jinsabu madwar ix-Xewkija (inkluz dawk ta' l-iskola).  Wiehed jista' jaghmel mudell ta' xi gnien, jew sigar etc. Ix-xoghlijiet ta' kulhadd jiddendlu fuq boards.  Ohrajn jinqraw waqt serata apposta fis-16.1.09. Se jithawlu xi sigar lokali fil-gonna ta' l-iskola u t-tfal se jinghataw zrieragh biex jitkabbru fid-djar u wara jergghu jingiebu l-iskola.Nitlob il-ko-operazzjoni ta' kulhadd biex dan l-avveniment jirnexxi fl-iskola taghna bhalma rnexxa fi skejjel ohra f'Ghawdex. 

Coffee Mornings 
*Wara l-laqgha li saret bejn il-genituri u l-membri tal-Kunsill Skolastiku, intlahaq dan il-qbil:  kulmin jixtieq jattendi jista' jhallas €3.50 u jkun jista jiehu l-platt.  Imbaghad ghal dawk li jixtiequ jilaghbu t-tombla u jiehdu tifkira, iridu jixtru biljett ta' €15 li jkun jinkludi fih il-platt u t-tombli. Dan huwa prezz ragjonevoli hafna u irhas minn ta' coffee mornings li jsiru f'dan ir-rahal. Il-biljetti jridu jinxtraw qabel il-Coffee Morning (inkluz dak tat-tombli). Il-biljetti jkunu jistghu jinxtraw BISS minghand il-membri tal-Kunsill Skolastiku. 

*Ahna naghmlu l-ghalmu taghna biex norganizzaw diversi attivitajiet.  Min jorganizza xi attivita jibda jaqta' qalbu jekk ma jkunx hemm attendenza.  L-aktar haga facli tkun li ma jsir xejn.  Imma l-aghar tkun li min qatt ma jiehu sehem fl-attivitajiet ta' l-iskola, bhalxejn tisimghu jghid li fl-iskola taghna qatt ma jsir xejn fil-waqt li fi skejjel ohra jsiru l-mirakli!  Hasra.  Ta' l-inqas, jien hekk nahsibha... 

Elezzjoni ghall-Kunsill Skolastiku  fis-27 ta' Jannar, 2008.

Grazzi u Tislijiet

Saviour Tabone

Kap ta’ l-Iskola.

Rosa Magro Primary School 
Xewkija, Gozo.
Helpdesk: 2155 6341
E-mail:
Website: http://schoolnet.gov.mt/xewkija


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 22, 2008 at 09:26 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
10:46 
A+ | A- | Reset