Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 7 guests online
Home arrow Skola arrow Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jan 09, 2009 at 01:00 AM

Gozo College Xewkija Primary

Newsletter Number: 14/08-09

Programm ghax-Xahar ta’ Jannar 2009

L-Erbgha, 07.01.09 :  Jibda t-term tax-Xitwa li jispicca nhar it-Tlieta 07.04.09

Dan ix-xahar se jkollna l-elezzjoni ghal Kunsill Skolastiku.  Min jixtieq johrog bhala membru, hu gentilment mitlub biex jigbor il-formola tan-nominazzjoni mill-ufficcju ta’ l-iskola.  Hemm jinghatawlkom aktar dettalji. 
L-iskola ghandha bzonnkom !

Il-Gimgha, 09.01.09 :  P6 jattendu ‘orientation visit’ fis-Seminarju u fil-Konservatorju.    (12.45-2.10pm).  Trasport :€1.75

It-Tnejn, 12.01.09 :  Se niehdu r-ritratti ta kull klassi u ta’ dawk l-individwi li ordnawhom.  Uniformi shiha.
Ms Borg tattendi l-laqgha ta’ kull xahar (1.00-2.30pm) fil-Gozo College Xaghra Primary.

It-Tlieta, 13.01.09  Assembly mmexxija mill-P5. Il-genituri jistghu jattendu.

 

 

L-Erbgha, 14.01.09 :  Laqgha ta’ l-EkoSkola fit-8.05am. Is-Sur Trevor Zahra jattendi l-iskola ghal sessjoni ta’ qari mat-tfal.  Dawk kollha li ghandhom xi ktieb ta’ Trevor Zahra, ighadduh mat-tfal biex jiffirmahomlhom.  It-tfal huma mhegga biex jippreparaw xi mistoqsijiet halli jsaqsuhom lil dan l-awtur tant poplari.  Din issir fis-sala ta’ l-iskola u tibda fil-11.00am

Il-Hamis, 15.01.09 :  ARBOR DAY fl-iskola.  Se jittella programm fis-sala fid-9.00am. Il-programm jinkludi qari ta’ poeziji, taghrif dwar is-sigar u tahwil ta’ sigar endemici (sigar Maltin) u esebizzjoni ta’ xoghlijiet it-tfal li hadmu matul il-vaganzi tal-Milied. Laqgha tal-Kunsill Skolastiku fin-12.30pm

Il-Gimgha, 16.01.09 :  Tifkira ta’ Sant’ Anton Abbati, protettur ta’ l-annimali.  Fit-8.30am ikollna t-tberik ta’ l-annimali fis-sala.  Dawk li se jgibu xi klieb jew qtates, jehduhom lura dritt wara l-funzjoni.  Ghasafar etc jistghu jibqghu sas-2.30pm.  Fl-10.30am se jkun hawn tahdita nteressanti mill-SPCA dwar kif wiehed jiehu hsieb l-annimali.  Min irid jista joffri bott/pakkett/borza ta’ l-ikel ta’ l-annimali lill-SPCA fl-ahhar ta’ l-attivita.

Illum, 16.01.09 jaghlqu n-nominazzjonijiet ghall-Elezzjoni tal-Kunsill Skolastiku.

It-Tlieta, 20.01.09 : Assembly mmexxija mill-P6. Il-genituri jistghu jattendu.

L-Erbgha, 21.01.09 :  Laqgha ta’ l-EkoSkola fit-8.05am. Laqgha ghal genituri u tfal li qeghdin fil-P6 fis-sala tal-Gozo College Boy’s Secondary, bejn id-9.00am u l-11.30am.  It-tfal flimkien mal-genituri jmorru dritt ir-Rabat u wara li jispicca kollox, jergghu jwassluhom lura l-iskola taghna. Se jkun hemm tahdita : ‘L-ghazla tas-Suggetti’ u wara mistoqsijiet u zjajar fil-klassijiet.

Il-Gimgha, 23.01.09 :  Tittella l-lotterija abbinata mal-harga tal-magazine ‘Sharing’.

It-Tnejn, 26.01.09 :  ‘Multi-sensory Reading Session’  ghat-tfal tal-P2 u P3.

It-Tlieta, 27.01.09:  Assembly mmexxija mill-Kinder 1 u Kinder 2. Il-genituri jistghu jattendu.
Elezzjonijiet ghal membri godda tal-Kunsill Skolastiku.  Wiehed jista jigi jivvota, bejn it-8.30am u 2.30pm.  Nitlobkom biex izzommu xi hin liberu halli tkunu tistghu tigu tivvutaw.  Wara s-2.30pm jinfethu l-voti fil-prezenza tas-Sur Wistin Dingli u s-surmast  u l-membri li kkontestaw l-elezzjoni.

L-Erbgha, 28.01.09: Laqgha ta’ l-EkoSkola fit-8.05am.

Il-Hamis, 29.01.09:  Tahdita organizzata mill-Kullegg ta’ Ghawdex fis-sala tal- Gozo College Boy’s Secondary fl-4.30pm.  Jitkellem l-Isqof Emeritus Nikol G. Cauchi.  Is-suggett huwa ‘Twemmin’. Kulhadd huwa mistieden li jattendi.

Il-Gimgha,30.01.09: Laqgha ghall-genituri organizzata mill-Kunsill Lokali dwar ‘L-Abbuzi fuq it-Tfal’. Din se tkun fis-sala ta’ l-iskola fid-9.00am
≈   ≈   ≈   ≈   ≈   ≈   ≈   ≈   ≈   ≈   ≈
Rigward il-Kors dwar il-Kitba Kreattiva li se jitmexxa mis-Sur Trevor Zahra jonqos post wiehed biss (hlas €14) u d-dati huma kull nhar ta’ Sibt fid-9.00am kif gej:
28 ta’ Frar, 7 ta’ Marzu, 14 ta’ Marzu, 21 ta’ Marzu, u (il-Gimgha) 27 ta’ Marzu, fil-5.30pm

Grazzi lil dawk il-genituri, ghalliema, tfal u hajjata li qed jghinu fil-preparamenti ghaz-zifna tal-Karnival. 

Grazzi u Tislijiet

Saviour Tabone

Kap ta’ l-Iskola.

Rosa Magro Primary School 
Xewkija, Gozo.
Helpdesk: 2155 6341
E-mail:
Website: http://schoolnet.gov.mt/xewkija


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jan 10, 2009 at 01:07 AM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
14:16 
A+ | A- | Reset