Home arrow News arrow News arrow Il-Funzjoni tal-Bews tas-Salib fil-Knisja Rotunda
Il-Funzjoni tal-Bews tas-Salib fil-Knisja Rotunda PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Apr 11, 2009 at 01:18 PM

         Ilbierah; Jum il-Gimgha l-Kbira, saret it-Tifkira tal-Passjoni tal-Mulej fil-Knisja Rotunda.  Il-funzjoni li tmexxiet mill-Arcipriet tal-parrocca Mons. Carmelo Mercieca bdiet fit-tlieta u nofs ta' wara nofsinhar.  Fl-ewwel parti tal-funzjoni inqraw siltiet mill-Iskrittura kif ukoll ir-rakkont tal-passjoni tal-Mulej skond San Gwann.  Fl-omelija tieghu, l-Arcipriet tkellem fuq dak li qal il-Papa Pawlu VI meta zar l-Art Imqaddsa.  Hemmhekk hu kien qal li ma kienx qieghed bhala turist, izda bhala komplici f'dak li sar.  "Ahna wkoll komplici fil-mewt ta' Gesu' ghax hu miet minhabba d-dnubiet taghna." Mons. Mercieca kompla billi stieden lill-kongregazzjoni numeruza biex waqt li jbusu l-kurcifiss, jaghtuh demgha ta' ndiema u bewsa ta' mhabba.  Din l-ewwel parti intemmet bit-talbiet ta' intercessjoni.  Fit-tieni parti imbaghad grupp ta' zaghzagh mix-Xewkija tellghu kurcifiss kbir min-naha ta' wara tal-knisja sa fuq il-presbiterju.  Imbaghad sar il-bews tas-Salib.  Il-funzjoni intemmet bit-tqarbin.

       Fil-Knisja Rotunda, barra mill-bankijiet, zdiedu wkoll hafna siggijiet ghall-kumdita' tal-fidili.  Nistghu nghidu li l-kongregazzjoni, li kienet tinkludi nies mill-parrocca kif ukoll hafna barranin, kienet wahda kbira tant li kien hemm sahansitra xi nies bilwieqfa. [ Ritratti: Joseph Xuereb ]

bts1

 L-Arcipriet flimkien ma' sacerdoti ohra
waqt il-Funzjoni

 

bts2 
 bts3
 bts4
 bts5


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Apr 19, 2009 at 08:39 PM )
<Previous   Next>
Friday, 26 th April 2024
09:21 
A+ | A- | Reset