Home arrow Poeziji arrow Il-Knisja Tax-Xewkija
Il-Knisja Tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Apr 22, 2009 at 05:39 PM

Poezija ta' Omar Camilleri
miktuba fit-12.1.1993

Xewkija
Bejn Ghajnsielem lejn ir-Rabat,
Inti w tiela mill-Imgarr
Fin-nofs hemm dik ir-Rotunda
ferm  maghrufa minn kulhadd.

Ir-Rotunda tax-Xewkija,
l-akbar f' Ghawdex hija zgur
li sabiex taraha sewwa
Dawramejt ikollok tmur.

U  gol-Knisja hemm l-istatwa,
Ta' Govanni tal-Battista
li hu habbar il-Messija,
U bil-priedki t-triqat witta.

Ir-Rotunda li hemm fuqek,
Hija koppla tant setghana,
U fil-festa bid-dawl jixghel,
Donnha tkun trid tifrah maghna.

Issa wkoll, il-kampnar tlesta,
Imiss l-iehor jibda tiela;
Kulmin jghaddi dlonk jintebah
Kemm in-nies huma qalbiena!

Meta dawn narawhom lesti,
Festa naghmlu tassew kbira;
biex nifirhu biex ingeddu
ta' San Gwann, dik it-tifkira.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Apr 22, 2009 at 05:41 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
09:12 
A+ | A- | Reset