Home arrow Poeziji arrow F' Eghluq il-150 sena mill-Migja Fostna Ta' L-Istatwa Artistika Ta' San Gwann Battista Xewkija
F' Eghluq il-150 sena mill-Migja Fostna Ta' L-Istatwa Artistika Ta' San Gwann Battista Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 13, 2009 at 10:19 AM
Poezija ta Omar Camilleri 22.11.1994 
 St John 2

 Bhal-lum  mija u hamsin  sena ilu
meta fir-rahal l-istatwa ta' Gwanni giet
dak inhar festi kbar saru fix-Xewkija
fost daqq, ghajjat u kant ta' innijiet.

Kienet sena ghaziza u ta' ferh fir-rahal taghna,
Elf tmien mija u hamsa u erbghin:
kienu it-tnejn u ghoxrin ta' Gunju  meta waslet,
kemm ferh u tghaxxqu, kburin ix-Xewkin.

Kien hsieb ghaqli tas-sitt Kappillan taghna
Dun Nikol Vella habrek hafna biex il-Vara  ssir,
ta' Gwanni l-Ghammiedi, u din giet maghmula
Lill-Patrun tax-Xewkin, qaddis tassew kbir.

Minn idejn Pietru Pawl Azzopardi,
minn zokk ta' tuta harget l-istatwa tal-Prekursur
statwa tassew sabieha u artistika,
u ta' dan ifakkrek fix-Xewkin kbir unur.

Kienet is-sena elf  tmien mija u disghin,
li l-pedestall u l-bradella gew mahdumin
mill-mastrudaxxa  famuz u ta' hila Pawlu Bugeja
li dan ix-xoghol sabieh ghadu jitgawda matul is-snin.        

Fis-sena elf disgha mija u erbghin 
kellna erba minn Gunju u l-Istatwa giet mizbugha         
jghaddi z-zmien kemm irid u din  dejjem  tibqa',
gdida, sabieha, artistika u wkoll zaghzugha.

B'salib f'idek int lilna dejjem tfakkar,
sabiex  dejjem bhalek niccahdu kull hin,
billi f'kollox dejjem naghmlu penitenza
din hi t-triq ta' l-erwieh wara l-Haruf Divin.

Bil-harufa hdejn il-leminija tieghek,
kollha  bajda, sabieha qieghda hdejn riglejk
li tfakkarna fil-bjuda li kellek f'qalbek,
u biex nixbhu lilek u aktar nersqu lejk.

Il-Banda taghna ta' dan ir-rahal,
Isem ghanda wisq ghaziz u sabieh
"Prekursur" dejjem kitbet dan ismek
b' dan l-isem nitkabbru, naghtu qima u gieh.

Statwa  helwa , sabiha u ghaziza hafna
hekk intennulek u nghidu ahna ferhanin,
Ser naghlaq b'dal-kliem sabih u helu
Viva l-Istatwa ta' Gwanni taghna ix-Xewkin.
                


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 13, 2009 at 10:21 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
09:57 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org