Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 21 guests online
Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Il-Quddiesa tal-Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi t-Tlieta 14 ta' Settmbru 2010
User Rating: / 6
Written by Frans Galea   
Sep 15, 2010 at 01:52 PM

Il-Quddiesa presente cadavere tal-Funeral tax-Xewki Jean Pierre Azzopardi tmexxiet miz-ziju tieghu Dun Frangisk Azzopardi flimkien ma bosta sacerdoti ohra fosthom l-Arcipriet tax-Xewkija Mons Carmelo Merciece, l-Arcipriet tax-Xaghra, ta' l-Gharb , il-Kappillan tal-Fontana u bosta sacerdoti ohra. Xewkija.net qed iwwaslilkom dawn ir-ritratti tal-Quddiesa. [ Ritratti: Frans Galea ]

DSCN6299-1024

 It-tebut ta' Jean Pierre fil-Knisja Rotunda
tax-Xewkija

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Sep 15, 2010 at 02:19 PM )
Read more...
Korteo Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi ( Video )
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Sep 15, 2010 at 09:37 AM

Dan huwa video tal-Korteo waqt il-Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi li sar il-bierah it-Tlieta 14 ta' Settembru 2010.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Sep 15, 2010 at 03:31 PM )
Read more...
Issir il-Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
Sep 15, 2010 at 06:25 AM

Il-bierah it-Tlieta 14 ta' Settembru 2010  ix-Xewkija flimkien ma' Ghawdex u bosta Maltin taw l-ahhar tislima lil Jean Pierre Azzopardi li tilef hajtu fid-disgrazzja tal-Kamra tan-nar ta' Farrugia Brothers  fl Gharb nhar il-Hadd 5 ta' Settembru 2010. Flimkien ma' Jean Pierre tilfu hajjithom ukoll hames persuni ohra tal-Familja Farrugia. It-tebut ta' Jean Pierre telaq mil- Isptar Generali t'Ghawdex fl-4.30pm u wasal ix-Xewkija fil-4.45pm fejn imbaghad sar il-Korteo mmexxi mil-Banda Prekursur tax-Xewkija. It-tebut gie merfugh minn shabu zghazagh membri tal-Kumitat Zghazagh Xewkin u tal-Kumitat tan-Nar . [Ritratti: Frans Galea ]

DSCN6245-1024

 Waqt il-Korteo tal-Funeral ta'
Jean Pierre Azzopardi

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Sep 15, 2010 at 03:30 PM )
Read more...
Recording tal-quddiesa ta' Jean Pierre Azzopardi
User Rating: / 2
Written by Claudio Vella   
Sep 14, 2010 at 10:34 PM

Illum sar il-funeral ta' Jean Pierre Azzopardi li tilef hajtu f'disgrazzja ta' kamra tan-nar fl-Gharb nhar il-Hadd 5 ta' Settembru. Il-korteo telaq fl-4.30pm mill-Isptar Generali ta' Ghawdex lejn ix-Xewkija fejn imbaghad f'tarf Triq Indipendenza nghaqad mal-Banda Prekursur Xewkija fejn gie akkumpanjat b'marci funebri sa Pjazza San Gwann Battista.  Ezatt wara l-korteo saret il-quddiesa presente cadavere  fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija. Il-quddiesa kienet immexxija miz-ziju ta' Jean Pierre Fr Francis Azzopardi, l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Merieca fost ohrajn. Ghal quddiesa kien hemm prezenti l-President ta' Malta Dr. George Abela, il-Primistru Dr. Lawrence Gonzi, id-Deputat Mexxej Laburista Anglu Farrugia, il-Ministru ghal-Ghawdex Giovanna Debono, fost personalitajiet ohra, familjari u hbieb.

Xewkija.net taghti l-kondoljanzi lil familjari ta' Jean Pierre Azzopardi, li kien attiv hafna f'bosta' ghaqdiet fir-rahal taghna tax-Xewkija.  

Il-quddiesa li giet mxandra fuq Radju Prekursur qed tigi mizjuda fil-podcast ta' Radju Prekursur. Wiehed jista' jisma din il-quddiesa ukoll billi jikklikja l-link ta' hawn taht.

Recording tal-funeral ta Jean Piere Azzopardi.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Sep 15, 2010 at 02:21 PM )
Quddiesa b'sufraggju ghall-vittmi tal-kamra tan-nar tal-Gharb fl-Awstralja
User Rating: / 1
Written by Claudio Vella   
Sep 14, 2010 at 09:44 PM

Nhar it-tlieta 21 ta' Settembru fl-Awstralja ser issir quddiesa b'sufraggju ghall-vittmi kollha tat-tragedja tal-kamra tan-nar tal-Gharb, inkluz ghall-huna ix-Xewki Jean Pierre Azzopardi. Din ser issir fil-knisja ta' Blessed Mary MacKillop, f’Keilor Downs, gewwa Melbourne fis-seba' ta' filghaxija hin tal-Awstralja, li jigu l-hdax ta' filghodu taghna. Minn hawnhekk inheggu lilkom Xewkin li ghandkom il-qraba taghkom gewwa Melbourne, l-Awstralja biex tinfurmawhom dwar il-hin u l-post ta' din il-quddiesa sabiex huma wkoll jattendu u joffru dan is-sagrificcju tal-quddiesa ghall-ruh dawn is-sitt vittmi.

Victoria Xuereb

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Sep 14, 2010 at 09:47 PM )
<< Start < Previous 91 92 93 94 95 96 97 98 99 100 Next > End >>

Saturday, 4 th May 2024
17:53 
A+ | A- | Reset