Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Frans Galea
|
Jun 04, 2009 at 02:34 PM |
Hekk kif l-istagun tat-tigrijiet tal-bhejjem fil-Marsa qed joqrob ghat tmien Salu Vella u Paul Attard, li ghandhom bhejjem jigru fil-Marsa , nhar il-Hadd 31 ta' Mejju kellhom sucess meta id-Debba Rybo Juvel ta' Attard harget rebbieha fil-klassi taghha, fil-waqt li z-ziemel Kamis de l'Eveche ta' Vella rebah fil-heats biex issa ghadda ghal-Finali tal-Klassi Premier,Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 04, 2009 at 02:50 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 03, 2009 at 10:27 PM |
Izjed ma toqrob il-Festa ta' San Gwann izjed qed izzid l-attivita fit-toroq tax-Xewkija. Diversi irgiel u zghazagh qed iddumu sa tard bil-lejl jarmaw il-pavaljuni tad-dawl kif ukoll l-antarjoli f'hafna triqat tax-Xewkija. Infatti issa hawn diversi toroq lesti mill-armar fosthom Triq il-Kbira u ohrajn. Issa mistenni li f'dawn il-jiem jibda l-armar tal-pjazza li jirrekjedi hafna xoghol. Ta' minn jghid ukoll li l-armar tad-dawl tal-knisja lest u l-koppla diga inxteghlet kemm il-darba. [ Ritratti : Frans Galea ] | Waqt l-armar tal-pavaljuni ta' Triq Santa Katerina | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 03, 2009 at 10:38 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 02, 2009 at 10:11 PM |
Nhar is-Sibt 30 ta' Mejju ghalqu c-celebrazzjonijiet mix-Xewkija Tigers wara ir-rebh tal-Kampjonat tat-Tieni Divizzjoni Ghawdxija. Fil-ghaxija quddiem il-Club sar BBQ kbir li ghalieh kienu prezzenti fuq mitt ruh fejn f'attmosfera ta' festa kullhadd kiel u ccelebra flimkien dan is-sucess mit-tim Xewki. Saru ukoll diskorsi ta' l-okkazzjoni mill-President is-Sur Jeffrey Farrugia, is-Segretarju s-Sur Joseph Attard u mis-Sur Bennie Mercieca li anke offra elf ewro bhala ghajnuna ghax-xiri tal-Club il-Gdid. Fl-ahhar il-coach Mario Bonello flimkien mal-captain Joseph Cefia u l-players kollha qassmu cake ta' l-okkazzjoni li kien gentilment moghti mis-Sur Carmel Xerri. Saret ukoll lotterija bejn dawk prezenti fi plakka kbira ta' San Gwann jghammed lil Kristu moghtija mis-Sur Hubert Saliba. [ Ritratti : Frans Galea ] | Il-Cake ta' l-okkazzjoni flimkien mat-tazzi mirbuha mit-Tigers dan l-istagun | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 02, 2009 at 10:49 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Mario Borg
|
Jun 02, 2009 at 08:19 PM |
Poezija miktuba (2007) minn Mario Borg biex tfakkar l-10 Anniversarju mill-Ftuh ta' Radju Prekursur Gunju 1997-Gunju 2007 | | Il-hsieb, hu bhal zerriegha, li il-bidwi, iferrex qalb it-trab ta’ l-art hamran, u jiehu hsiebha, jsaqqi u jindokra, sabiex maz-zmien tatih il-frott kotran. Mercieca Dun Karm hsieb bhal dan mar jizra’, tar-rahal tax-Xewkija l-arcipriet, kull m’hawn madwar, xi darba fil-mohh kienu f’ ta’ minn fassalhom, biss ftit hsibijiet. Kien dan iz-zmien, li ahna qed insemmu, il-hames xahar tas-sena sewwa sew, sebgha w disghin is-snin tas-seklu l-iehor, iss’ ghaxar snin minn dak il-jum ghaddew. | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 02, 2009 at 08:28 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 01, 2009 at 10:24 PM |
Nhar is-Sibt 30 ta' Mejju, il-Banda Prekursur tax-Xewkija ghamlet il-marc tad-Dimostrazzjoni fil-Festa ta' San Pawl gewwa il-Munxar. Il-Banda Prekursur issa ilha snin twal tiehu sehem fl-ewwel festa tas-sajf gewwa Ghawdex. | Il-Pjazza tal-Munxar fil-Festa | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 01, 2009 at 10:40 PM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 111 112 113 114 115 116 117 118 119 120 Next > End >>
|