Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
No account yet? Create one
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 10 guests online
Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Tithabbar il-Mewt ta l-ex Surmast direttur tal-Banda Prekursur Carmelo Borg
User Rating: / 0
Written by Joanna Falzon   
Dec 03, 2008 at 05:34 PM

    Nhar it-Tnejn 1 ta’ Dicembru 2008 thabbret il-mewt ta Mro.Carmelo Borg.  Huwa miet fl-Isptar Mater Dei fl-eta ta 83 sena.  Mro Carmelo Borg ghandu konnesjoni ma rahal tax-Xewkija dan ghal fatt li bejn 1961 u 1968 kien is-Surmast Direttur tal-Banda Prekursur.  Il-funeral tieghu sar illum l-Erbgha 3 ta' Dicembru fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Gzira

Is-Surmast Carmelo Borg twieled l-Imsida fis-17 ta Settembru 1925, iben il-mibkijin Spiridione u Giorgina Borg. Ta disa snin Carmelo beda jistudja l–arti muzikali taht idejn is-Surmast Gorg Camenzuli. Lejn l-ahhar tas-sena 1961 Mro Carmelo Borg gie mahtur is-Surmast Direttur tal-Banda Prekursur. Huwa dam jokkupa din il-kariga sa 1968 meta minhabba hafna impenji li kellu f’Malta kellu kontra qalbu ihalli lis-Socjeta Filarmonika Prekursur. Wahda mill-memorji li kien ihobb isemmi fuq ix-Xewkija Carmelo kienet l-ospitalita u r-rispett li ix-Xewkin dejjem kienu juru lejh.  U ta dan il-Familja ta Mro. Carmelo Borg tiringrazzja lix-Xewkin ta kull ma ghamlu mieghu u ta kemm iripettawh kemm dam jideriegi il-Banda Prekursur.

Huwa kien ukoll Surmast Direttur tal-Banda Mount Carmel tal-Gzira u tal-Banda ta Santa Venera fejn temm il-karriera bhala surmast fis-sena 1996.  Huwa kiteb diversi marci religjuzi, funebi u brijuzi.  Tajjeb nghidu ukoll li kien hu li ikkompona l-Innu ta Qtugh ir-ras ta San Gwann li ghadu jindaqq sal-gurnata tal-lum mill-Banda Prekursur. Fl-arkivju ta Socjeta Filarmonika Prekursur insibu diversi marci funebri bhal Ulitima Ora, Ultima Lacrima.  Bhala marci brijuzi fl-arkivju tal-Banda Prekursur insibu Up the Tigers, Rotunda, Silver Leaf. Gordanjan, Il Precursore, 24 th June 1959, I Settembrini, I Giovannini u hafna ohrajn.  Huwa  kiteb ukoll diversi bicciet ta Muzika Sagra kif ukoll muzika sinfonika.  L-iktar marc famuz li kien kiteb kien igib l-isem “Up the Maroons” li kitbu bhala tifkira ta meta it-team tal-Gzira tal-futboll kienet tela fl-ewwel divizjoni. Wara l-1996 huwa baqa jghallem xorta wahda l-muzika lit-tfal li jibqghu jiftakruh zgur ghal imhabba u l-pacenzja li kellu kif jghallem il-muzika. 

B'rispett lejn it-tifkira ta Mro. Carmelo Borg illum ittajret il-Bandiera mezza lasta fuq il-Kazin tal-Banda Prekursur.

Naghtu l-Kondoljanzi lil familja kollha ta Mro. Carmelo Borg. 

“Parti mil Informazzjoni hija mehuda mill-Ktieb “Banda Prekursur 70 sena” ta Wenzu Camilleri u parti ohra minn din l-informazzjoni ntbghatet lilna minn nepputi ta Mro Camrelo Borg, Kevin C. Borg”  { Ritratt: Frans Galea }

dic7

 Mro. Carmelo Borg

 

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 03, 2008 at 07:46 PM )
Read more...
Ix-Xewkija tibda tipprepara ghal-Milied
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Dec 02, 2008 at 06:26 PM

       Mal-bidu tax-xahar ta' Dicembru beda jidher u jinhass l-ispirtu tal-Milied fix-Xewkija. Infatti dal-ghodu stess numru ta' haddiema bdew jarmaw il-Pjazza b'diversi tizjin tal-Milied. Ta' minn jghid li l-Kunsill Lokali tax-Xewkija kull sena jiehu hsieb li tizzejjen il-Pjazza ghal-festa tal-Milied.[ Ritratti: Frans Galea ]

dic1

 Armar tal-Milied lest biex jitpogga
f'postu

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 31, 2008 at 10:37 PM )
Read more...
Id-Dramm " L-Ingassa " fuq DVD
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Dec 01, 2008 at 08:05 PM

       Wara is-sucess kbir li kisbet l-Ghaqda Dramatika Xewkija bid-dramm originali L-Ingassa gie desiz li jinhareg fuq DVD. Dan id-dramm gie iffilmjat minn Philip Cassar bi tlitt cameras u gie edditjat bl-ghajnuna ta' Luke Galea. Kull minn jixtieq jakwista dan id-DVD jista jccempel fuq 79069730 jew 79204674. { Ritratt: Joseph Xuereb }

di1

 L-Atturi kollha tad-Dramm L-Ingassa

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 02, 2008 at 07:35 PM )
Wirja ta' Arti u Talent mix-Xewkija fic-Centru Parrokjali
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Nov 30, 2008 at 04:54 PM

       F'dawn il-jiem fis-sala ta' isfel tac-Centru Parrokjali tax-Xewkija qed titella wirja ta' arti u talent mix-Xewkija. Din il-wirja giet miftuha mis-Sindku Dr. Monica Vella nhar il-Hamis 27 ta' Novembru u mbierka mill-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca. Fija wiehed jista jara diversi xoghlijiet ta' artisti mix-Xewkija fosthom pittura , xoghol fit-tafal u l-gebla, xoghol ta' arkett, bizzilla, u anke pancrima. { Ritratti: Frans Galea }

ufficju%20kunsill

 L-Ufficju tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 02, 2008 at 07:36 PM )
Read more...
Ir-ritratt tal-gimgha (Week 49) - Dettal tal-mudell tal-Knisja
User Rating: / 0
Written by Claudio Vella   
Nov 30, 2008 at 02:00 AM
DSC00035
Dettal tal-mudell tal-Knisja
l-qadima tax-Xewkija

Ritratt: Joseph Zammit

Ikklikkja fuq ir-ritratt biex tkabbar.
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 30, 2008 at 03:25 PM )
<< Start < Previous 121 122 123 124 Next > End >>

Sunday, 19 th September 2021
23:25 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org