Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
No account yet? Create one
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 21 guests online
Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Ir-ritratt tal-gimgha (Week 50) - Is-Sala ta' l-iskola tax-Xewkija u parti miz-zona tal-Hamrija
User Rating: / 2
Written by Claudio Vella   
Dec 07, 2008 at 01:00 PM
PICT0260_LR
Is-Sala ta' l-iskola tax-Xewkija u
parti miz-zona tal-Hamrija

Ritratt: Ruben Cassar

Ikklikkja fuq ir-ritratt biex tkabbar.
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 07, 2008 at 10:34 PM )
Hafna Nies jattendu ghal-Ikla fid-Down Town Hotel
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Dec 06, 2008 at 06:25 PM

       Hafna nies b'mod specjali dawk delittanti tal-muzika country il-bierah marru ghall-ikla li saret fid-Down Town Hotel fejn kien hemm mistiedna il-kantanta tal country Marisa D'Amato. Hija kantat bosta kanzunetti country ta' kantanti differenti u kien hemm ukoll maghha iz-zeffiena li akkumpanjawha waqt il-wirja taghha. Ta' min jghid li din l-ikla u s-serata kienu organizzati mill-kumitat tan-nar.[ Ritratti: Frans Galea ]

dic20

 Marisa D'Amato

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 07, 2008 at 05:55 PM )
Read more...
Radju Prekursur jipprepara ghal-Iskeda tal-Milied
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Dec 05, 2008 at 07:48 PM

       Bhal issa fl-istudios ta' Radju Prekursur ghaddejin preparamenti kbar ghal-iskeda tal-festi tal-Milied u s-Sena Gdida. Hafna prezentaturi qed jaghtu s-sehem taghhom biex din l-iskeda tkun sucess. Anke ghaqdiet fix-Xewkija ser ikollhom programmi f'din l-iskeda fosthom il-Museum u l-Iskola Primarja tax-Xewkija. L-iskeda tibda nhar it-Tnejn  15 ta' Dicembru u tintemm il-Hamis 1 ta' Jannar 2009. [ Ritratti: Frans Galea ]

dic15 

 Il-Logo ta' Radju Prekursur

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 07, 2008 at 05:56 PM )
Read more...
Wirja mill-haddiema tal-Protezzjoni Civili ghat-tfal ta' l-Iskola Primarja
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Dec 04, 2008 at 06:55 PM

       Il-bierah saret il-wirja mill-haddiema tal-Protezzjoni Civili ghat-tfal ta' l-iskola primarja tax-Xewkija. Din kienet taghmel parti mill-attivitajiet marbuta ma' Jum ix-Xewkija 2008 u kellha ssir nhar il-Gimgha pero thassret minhabba il-maltemp. Prezenti kien hemm is-sindku Dr. Monica Vella. It-tfal apprezzaw hafna dak kollu li raw fejn huma gew murija diversi atti ta' salvatagg li jwettqu dawn il-haddiema u li anke gie li jissograw hajjiehom biex issalvaw lil haddiehor. { Ritratti: Ruben Cassar }

dic14

 It-tfal issegwu b'attenzjoni

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 04, 2008 at 07:03 PM )
Read more...
Tithabbar il-Mewt ta l-ex Surmast direttur tal-Banda Prekursur Carmelo Borg
User Rating: / 0
Written by Joanna Falzon   
Dec 03, 2008 at 05:34 PM

    Nhar it-Tnejn 1 ta’ Dicembru 2008 thabbret il-mewt ta Mro.Carmelo Borg.  Huwa miet fl-Isptar Mater Dei fl-eta ta 83 sena.  Mro Carmelo Borg ghandu konnesjoni ma rahal tax-Xewkija dan ghal fatt li bejn 1961 u 1968 kien is-Surmast Direttur tal-Banda Prekursur.  Il-funeral tieghu sar illum l-Erbgha 3 ta' Dicembru fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Gzira

Is-Surmast Carmelo Borg twieled l-Imsida fis-17 ta Settembru 1925, iben il-mibkijin Spiridione u Giorgina Borg. Ta disa snin Carmelo beda jistudja l–arti muzikali taht idejn is-Surmast Gorg Camenzuli. Lejn l-ahhar tas-sena 1961 Mro Carmelo Borg gie mahtur is-Surmast Direttur tal-Banda Prekursur. Huwa dam jokkupa din il-kariga sa 1968 meta minhabba hafna impenji li kellu f’Malta kellu kontra qalbu ihalli lis-Socjeta Filarmonika Prekursur. Wahda mill-memorji li kien ihobb isemmi fuq ix-Xewkija Carmelo kienet l-ospitalita u r-rispett li ix-Xewkin dejjem kienu juru lejh.  U ta dan il-Familja ta Mro. Carmelo Borg tiringrazzja lix-Xewkin ta kull ma ghamlu mieghu u ta kemm iripettawh kemm dam jideriegi il-Banda Prekursur.

Huwa kien ukoll Surmast Direttur tal-Banda Mount Carmel tal-Gzira u tal-Banda ta Santa Venera fejn temm il-karriera bhala surmast fis-sena 1996.  Huwa kiteb diversi marci religjuzi, funebi u brijuzi.  Tajjeb nghidu ukoll li kien hu li ikkompona l-Innu ta Qtugh ir-ras ta San Gwann li ghadu jindaqq sal-gurnata tal-lum mill-Banda Prekursur. Fl-arkivju ta Socjeta Filarmonika Prekursur insibu diversi marci funebri bhal Ulitima Ora, Ultima Lacrima.  Bhala marci brijuzi fl-arkivju tal-Banda Prekursur insibu Up the Tigers, Rotunda, Silver Leaf. Gordanjan, Il Precursore, 24 th June 1959, I Settembrini, I Giovannini u hafna ohrajn.  Huwa  kiteb ukoll diversi bicciet ta Muzika Sagra kif ukoll muzika sinfonika.  L-iktar marc famuz li kien kiteb kien igib l-isem “Up the Maroons” li kitbu bhala tifkira ta meta it-team tal-Gzira tal-futboll kienet tela fl-ewwel divizjoni. Wara l-1996 huwa baqa jghallem xorta wahda l-muzika lit-tfal li jibqghu jiftakruh zgur ghal imhabba u l-pacenzja li kellu kif jghallem il-muzika. 

B'rispett lejn it-tifkira ta Mro. Carmelo Borg illum ittajret il-Bandiera mezza lasta fuq il-Kazin tal-Banda Prekursur.

Naghtu l-Kondoljanzi lil familja kollha ta Mro. Carmelo Borg. 

“Parti mil Informazzjoni hija mehuda mill-Ktieb “Banda Prekursur 70 sena” ta Wenzu Camilleri u parti ohra minn din l-informazzjoni ntbghatet lilna minn nepputi ta Mro Camrelo Borg, Kevin C. Borg”  { Ritratt: Frans Galea }

dic7

 Mro. Carmelo Borg

 

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 03, 2008 at 07:46 PM )
Read more...
<< Start < Previous 121 122 123 124 125 126 Next > End >>

Monday, 3 rd October 2022
16:55 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish