Home
Rapport tas-Segretarju Jannar - Dicembru 2011 (t-Tieni Parti)

Rapport tas-Segretarju Jannar - Dicembru 2011 (t-Tieni Parti)

 

SERVIZZI U PROGRAMMI


Din is-sena, il-banda tagħna għamlet 7 programmi mużikali, 3 fix-Xewkija, li kienu, Fiori D’Argenta, fil-festa ta’ San Gwann Battista  u f’Jum ix-Xewkija, u 4 barra mir-raħal li kienu, fil-Fontana,  festa tal-Qalb ta’ Gesu, fin-Nadur, festa ta’ l-Imnarja, u fir-Rabat, fil-festa ta’ San Gorg u fil-festa ta’ Santa Marija.  Dawn, barra ir-recording tal-marci brijużi, li sar fic-centru tax-Xewkija f’Marzu u is-servizzi li l-banda għamlet kemm  fix-Xewkija, u kemm madwar Għawdex kollu, tista tgħid, fil-festi rispettivi taghhom.  Fost dawn is-servizzi, kellna, il-purcissjoni peagant tad-Duluri fejn il-banda Prekursur daqqet marci funebri, u fil-festa ta, Kristu Irxoxt li saret nhar Hadd il-Ghid fejn il-banda daqqet marci brijuzi. Is-servizzi tal-marci fil-festa ta’ San Ġwann il-Battista li nieħdu ħsieb norganiżżaw aħna. Hawn, nixtieq nagħti prosit kbir lill bandisti tagħna tas-sagrificcji kbar li jgħamlu matul il-festa, u li ħafna minn nies jeħduhom forgranted u ma japprezzawx dawn is-sagrificcji  tal-bandisti taghna.  Kellna  il-festi taż-żewġ qassisin ġodda, Fr. Trevor  Sultana u Fr. Franklin Vella, fejn ghamilna marc mill kazin ghal hdejn id-dar taghhom u wara akkompanjajna l-korteo sal-knisja. Marc fl-isfilata tal-karnival organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija , marc fil-festa tal-Martirju tal-Battista f’Awwissu u fil-purcissjoni ta’ Gesu Bambin organizzata mill-membri tal M.U.S.E.U.M.

 

JUM IL-BANDA


Ghal dawn l-ahhar snin, bdejna niccelebraw Jum Il-Banda fit-13 ta’ Mejju, il-gurnata ta’ meta saret l-ewwel laqgha tal-kumitat u giet iffurmata l-Banda Prekursur fix-Xewkija. Din is-sena  kellna gimgha ta’ attivitajjiet marbuta ma din l-okkazzjoni.  Kellna zjara kulturali mill-istudenti ta’ l-iskola primarja tax-Xewkija fil- kazin fejn is-surmast tal-banda Mro. Anthony Borg spjega lill istudenti xi tfisser il-banda, kif isir it-taghlim u dwar id-diversita ta’ l-isturmenti.  It-tfal kellhom cans ukoll li jippruvaw idoqqu huma stess xi sturmenti tal-banda.  Il-kumitati tan-nisa kif ukoll dak taz-zghazagh organizzaw attivitajjiet konnessi ma jum il-banda.  Il-qofol ta’ dawn l-attivitajjiet kient serata muzikali mtellha mill-aljievi tas-socjeta that it-tmexxija tas-surmastrijiet rispettivi taghhom, kif ukoll power point u diskors mill-Kav. Nazzareo Calleja ex segretarju tal-banda, dwar Zakkarija Cilja, membru onorarju u benefattur kbir tal-banda u tas-socjeta taghna.  J’Alla u San Gwann Battista jaghtuna iktar nies habrieka bhal Zakkarija u shabu.

 

FESTIVAL TAL-BANED


Din is-sena gie organizzat ghal-ewwel darba il-festival tal-baned Ghawdxin mill-Ghaqda Kazini tal-Banda flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Munxar.  Dan kien nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju fil-Munxar stess.  Ahna jmissna ndoqqu sena ohra wara li telgha roster fost il-baned Ghawdxin.  Din is-sena is-sehem taghna kien bi stand fil-pjazza u sfilata ta’ l-istendardi.  Ta min jinnota li din l-attivita kellha tintem hesrem minhabba li  bdiet niezla x-xita.

 

FIORI D’ARGENTA


Ghal-ewwe darba, il-kunsill lokali tax-Xewkija, organizza  l-attivita Fiori D’Argenta bejn l-10 u it-12 ta’ Gunju.  Din l-attivita giet miftuha mill-Banda taghna, billi ghamlet marc minn hdejn l-ufficju tal-kunsill, u wara esegwiet program muzikali varjat, fejn hadu sehem il-kantanti Mario Caruana,  Marthese  Borg, u Sarah Bonnici, il-vjolinista  William Cassar  u zeffiena mghalma minn Marita Caruana.  Fil-fehma tagħna u ta bosta għammiraturi tal-banda, ħriġna bl-unuri bil-performans li għamilna f’dan il-programm varjat li kellna u ghal-mod ta’ kif gie ipprezentat.   F’isimkom, u f’isem il-poplu kollu Xewki, nixtieq nghid grazzi u  nagħti prosit kbir lis-surmast  Anthony Borg  u lill assistant surmast Mark Gauċi, li b’dedikazzjoni,  sagrifiċċji personali, u bil-koperazzjoni sħieħa tal-bandisti tagħna u tal-bandisti barranin, stajna ntellgħu dan il-programm  mużikali. Nixtieq nieħu din l-okkażżjoni, biex inħeġġeġ lielkhom biex, tħajjru u tħeġġu iktar nies biex jattendu, u japprezzaw din il-mużika fil-programmi varjati li jkollha il-banda. Imbghad il-Hadd , il-banda ghamlet marc minn tal-Hniena fl-isfilata taz-zwiemel sal-pjazza.

 

ANNIVERSARJI


Din is-sena  kellna  tlett anniversarji ferm important fis-socjeta taghna. Il-kumitat taz-zghazagh li jiehdu hsieb il-briju tal-festa tal-patrun taghna San Gwann Battista, ghalaq  15 il-sena mit-twaqqif tieghu. Hija x-xewqa taghna li dawn iz-zghazagh ninkoragguhom u nhegguhom biex jintegraw aktar fi hdan is-socjeta, u fil-banda.   Il-marc kbir , brijuz u uniku li jsir f’tal-Hniena l-Hamis  tal-festa, jaghlaq 20 sena.  Dan il-marc tant mistenni mix-Xewkin u anke minn tant barranin, jigbed folol kbar ta’ nies minn kull rokna t’Ghawdex li litteralment johonqu din it-triq tant sabieha b’dawk il-pavaljuni tad-dawl, u issa wkoll b’dawk il-bandalori sbieh li qieghdin isiru f’din it-triq.  Anniversarju iehor huwa dak tal-kumitat tan-nisa li tant jahdmu ghas-socjeta taghna. Dawn sejrin jghalqu 25 sena minn mindu bdew jiffunzjonaw fi hdan is-socjeta.   Minghajr it- thabrik u  l-ghajnuna  taghhom ma nkunux nistghu nkomplu l-hidma taghna. Huma jiffinanzjaw parti kbira mill ispejjez tas-socjeta taghna. Grazzi hafna mill-qalb lill membri ta dawn il-kumitati . Dawn l-anniversarji gew imfakkra kif kien xieraq, billi gew moghtija tifkiriet ta’ l-okkazzjoni. Hawn insemmu wkoll lill M’Jane Farrugia, li saret membru onorarja ghal-omorha billi ilha 25 sena konsekuttivi bhala president tal-kumitat tan-Nisa. Ta’ min isemmi wkoll li l-Kummisjoni Armar Trieq San Bert,  saret parti mis-Socjeta taghna minn din is-sena. Ahna nawguraw li nahdmu kollha flimkien ghal ghan wiehed, li nkomplu nghoolu u nkabbru il-festa tal-Patrun taghna San Gwann Battista.

Din is-sena wkoll, nhar il-Gimgħa, 2 ta’ Dicembru, kien jaħbat il-150 sena, minn meta  giet miftuħa l-iskola primarja tas-subien fix-Xewkija. Dan kien fejn il-lum għandna, is-sede tas-Socjeta tagħna. Hekk kif 150 sena ilu, dan il-lokal kien iservi biex isir it-tagħlim fieh, il-lum, is-Soċjeta tagħna qiegħda toffri   toffri it-tagħlim tal-mużika minn dan l-istess lokal.
 

 
<< Start < Prev 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>

Results 111 - 121 of 254