Home
Seminar tal-Banda Prekursur

Seminar tal-Banda Prekursur

Sabiex jigi diskussi l-ambizzjonijiet li l-Banda Prekursur flimkien mas-sotto kumitati li jaqghu taht il-patroncinju taghha, gie organizzat seminar.  Dan is-seminar ghamilnih il-Gimgha tminja u ghoxrin mix-xahar t’Ottubru, fejn il-kumitati ngbarna madwar mejda u ddiskutejna diversi issues.  Dawn l-issue kienu kollha ikkaratterizzati sabiex inkomplu insahhu l-Banda ewlenija tal-lokal u tkompli tkattar il-gid lil komunita tax-Xewkija.  Ghal dan is-seminar attendew diversi eks-segretarji u eks-presidenti li fiz-zmien rispettiv taghhom hadmu u bis-sehem taghhom nisgu parti mill-istorja tal-Prekursur.  Sahansitra il-habrieki u wisq aktar mahbub is-Surmast Direttur Mro Anthony Borg qasam il-fliegu u attenda ghal dan is-seminar. 

Intant mal-bullettin li ghadu kif tqassmilkom f’kull residenza tax-Xewkija stajtu tinnutaw li tqasmilkom ir-raba’ puntata ‘tal-lehen il-Banda PrekursurL-EKU '.  Dan jigbor rendikont shih ta' l-avvenimenti ewlenin li tkun ghada kif ghaddiet minnhom fis-sena precidenti.  Intant ma din il-harga tqasmilkom ukoll envelope sabiex intom gentilment taghtuna l-ghajnuna finanzjarja taghkom.  Kif jixhed il-kitba ta' fuq l-istess envelope din il-gabra ser tkun direttament sabiex tikkumpensa l-ispejjez li l-Banda ghandha sabiex tghallem il-muzika f'ebda tip ta hlas ghall-aljievi.  L-envelope ser jibda jingabar il-weekend li gej minn raprezentanti tal-Banda Prekursur.  Filwaqt li nirringrazzjawkom bil-quddiem gheziez cittadin lejali tal-Banda, ninkoragukom sabiex tkunu generuzi bhal ma dejjem kontu.

 

{informazzjoni: Joseph Vella, ritratti: M'angelo Camilleri}

leku1.jpg

seminar_1.jpg

seminar_2.jpg

seminar_3.jpg

 

 

 
<< Start < Prev 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>

Results 122 - 132 of 254