Home
It-tielet u l-ahhar Parti tar-rapport Annwali 2010

It-tielet u l-ahhar Parti tar-rapport Annwali 2010

 

Anniversarji


Din is-sena, il-kumitat taz-zghazagh li jiehdu hsieb il-briju tal-festa jghalaq 15 -il sena mit-twaqqif tieghu.  Il-marc kbir, brijuz u uniku li jsir f’tal-Hniena l-Hamis  tal-festa, jaghlaq 20 sena.  Dan il-marc tant mistenni mix-Xewkin u anke minn tant barranin jigbed folol kbar ta’ nies minn kul rokna t’Ghawdex li litteralment johonqu din it-triq tant sabieha b’dawk il-pavaljuni tad-dawl.


Anniversarju iehor huwa tal-kumitat tan-nisa li tant jahdmu ghas-socjeta taghna. Dawn sejrin jghalqu 25 sena minn mindu bdew jiffunzjonaw fi hdan is-socjeta.   Minghajr it- thabrik u  l-ghajnuna  taghhom ma nkunux nistghu nkomplu l-hidma taghna. Huma jiffinanzjaw parti kbira mill ispejjez tas-socjeta.


Jiena qieghed niehu pjacir doppju b’dawn l-anniversarji. L-ewwel ghax dawn is-sezzjonijiet bdew fi zmien meta kont segretarju ta’ din is-socjeta, u t-tieni ghaliex dawn ghadhom addejjin b’sahhithom bix-xoghol taghhom biex isahhu lill din il-banda.  F’ismi u f’ishem is-socjeta u l-poplu kollu Xewki nawguralkom.  AD MULTOS ANNOS.

 

Il-Marc "Prekursur"


Il-kumitat qieghed jahdem bi shieh biex dan il-marc Il-Prekursur ta’ Mro Pasquale Aiezza,   jigi irregistrat f’isem il-banda  taghna lokalment.  Dan is-surmast jidher li huwa dispost biex isir dan, imma ghalkemm bghatnielu xi jrid isir minn naha tieghu, sissa ghad mghandna xejn konkret f’idejna.  Nisperaw li din is-sena jkollna dan il-ftehim iffirmat.

 

Radd il-hajr


L-ewwel u qabel  kollox nirringrazzjaw lill Alla u lill San Gwann Battista ta’ l-ghajnuna kbira li tawna matul din is-sena.  Grazzi wkoll lill bandisti li taw  sehemhom fis-servizzi numeruzi li kellha il-banda taghna.  Lill membri tal-kumitati kemm dak generali, kumitat tan-nisa kif ukoll il-kumitat taz-zghazagh, ghax-xoghol kbir u siewi li wetqu matul din is-sena.  Grazzi lill Mro. Anthony Borg u lil Mro. Mark Gouci ta’ l-ghajnuna bla qies li tawna u l-pariri  taghhom.  Lis-Sur Marvin Greck li flimkien ma’ Mro. Mark Gauci u Michael Camilleri ghat-taghlim li jghatu lill bandisti u l-alievi taghna.  Grazzi lil dawk l-individwi li qieghdin ihabirku biex in-numru ta’ bandisti jkompli jikber u jissahhah.  Grazzi kbir lis-soci  u lill-poplu kollu tax-Xewkija ta’ l-ghajnuna finanzjarja li nsibu minnghandhom fil-gbir li nghamlu matul is-sena.  Fl-ahhar nixtieq infisser l-apprezzament  taghna ghal dawk il-membri kollha li b’xi mod jew iehor, sa fejn setghu taw l-ghajnuna taghhom.

 

Niket


Din is-sena kellna zewg funerali li hadet sehem fihom il-banda Prekursur.  L-ewwel wiehed kien f”Settembru wara t-tragedja kbira li kien hemm fl-Gharb li hasdet il-hajja ta’ sitt persuni fosthom il-hajja taz-zaghzuh Xewki Jean Piere Azzoppardi li  ghalkemm ma kien fl-ebda kumitat tal-banda taghna, imma kien dejjem jahdem maghna u maz-zaghzagh, u ghalhekk ahna accettajna l-kummissjoni li tawna z-zaghzagh biex il-funeral isir bil-banda, wara li accettaw il-familjari tieghu.  Il-funeral liehor kien ta’ Ganni Pace li kien jiehu hsieb biex imexxi l-katuba f-kull servizz li jkollha il-banda taghna, u allura kien xieraq li naghtuh l-ahhar tislima u l-unur li ntellghuh bil banda b’marci funebri. Dan il-funeral sar f’Dicembru.


Inkunu qed nonqsu jekk ma niftakrux fit-telfa ta’ xi familjari li garrbu xi bandisti jew xi membri tal-kumitati.  Ahna rridu naqsmu maghhom n-niket li garbu u mil-qalb nitolbu ‘l Alla biex jaghtihom il-mistrieh ta’ dejjem fis-sliem.  Niftakru u nitolbu ghas-soci u benefatturi kollha taghna.

 

Gheluq


Fl-ahhar nett, filwaqt li sa fejn nafu ghamilna kull ma stajna u kull ma dehrilna li kien mehtieg isir fl-interess tas-Socjeta taghna, nirringrazzjaw lill Alla u lill patrun taghna San Gwann Battista ta l-ghajnuna kbira li tawna fil-qadi ta’ dmirijietna u nitolbuhom jkomplu jieqfu mas-surmastrijiet, bandisti, membri tal-kumitati, soci u benefatturi taghna,biex inkomplu nahdmu  flimkien ghat-titjib generali  tas-socjeta u tal-Banda Prekursur.

 

DEO GRATIAS

 
<< Start < Prev 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>

Results 144 - 154 of 254