|
Is-sehem tal-Banda Prekursur fl-ahhar parti tal-Festa 2010 |
|
Is-sehem tal-Banda Prekursur fl-ahhar parti tal-Festa 2010
L-ahhar tlett ijiem tal-festa il-Banda Prekursur kienet impenjata ferm bis-servizzi li tat gewwa x-Xewkija. Il-Gimgha 25 ta' Gunju il-Banda ghamlet marc tad-Dimostrazzjoni bis-sehem taz-zghazagh qalbiena tax-Xewkija li refghu l-istatwa tal-Ghammiedi jghammed lill Kristu. Kellna banda ohra mistiedna matul il-vjagg u din kienet il-Banda Mnarja tan-Nadur. Imbaghad is-Sibt l-Prekursur ghamlet zewg servizzi f'temp ta ftit sieghat. L-ewwel wiehed kien ghal habta tas-6 fejn hadet sehem fit-transalazzjoni u l-ihor bdieta fl-10:00pm. Fdan tal-ahhar kellna Banda ohra mistiedna u din id-darba kienet il-Banda San Girgor ta' Kercem. Fl-istess hin il-Banda San Guzepp tar-rahal ta' Ghajnsielem kienu qeghdin jesegwixxu Programm muzikali fuq il-plancier fil-pjazza.
Jekk nixthu harsitna ghall-Hadd - Jum il-Festa - il-Banda Prekursur flimkien mal-Kumitat Zghazagh Xewkin stiednu zewg baned biex jallegrawn fil-marc tal-hdax. Dawn l-imsemmija baned kienu il-Banda Victory tax-Xaghra u Ite de Joseph tal-Qala. Flghaxija l-Banda kella sehem iehor fil-klajmaks tal-festa. Bdiet b'marc fis-6:15pm minn quddiem il-Kazin u baqet tiela bil-marc sal-pjazza. Hemmhekk imbaghad rega indaqq 'L-Inno di San Giovanni Battista' ghat-tieni darba fl-istess gimgha, waqt li l-istatwa titulari ta' San Gwann Battista tfaccat fuq iz-zuntier. Ta' min jirrimarka li l-Pjazza kienet ippakjata bin-nies jaraw x'naf nofru ahna x-Xewkin fejn jirrigwardja Banda u kif ukoll loghob tan-nar li kulhadd jista' jarah mill-pjazza principali. Wara dan il-Banda Prekursur hadet sehem ukoll fil-Purcissjoni waqt li l-Banda La Stella tal-Belt Victoria esegwiet Programm fuq il-plancier.
|