Home
Innu tal-mibki Anton Haber li jgib l-isem: 'Innu ta‘ l-Emigranti Xewkin'

 Innu tal-mibki Anton Haber li jgib l-isem: 'Innu ta‘ l-Emigranti Xewkin'

 

 Hawn hu l-Ġens ta‘ l-Omm waħda Xewkija,

Bogħod minn Għawdex ...fl-Awstralja msefrin,

Din hi l-Għanja ta wlied il-Battista-

Fi ħsieb wieħed ..... fil-qalb magħqudin!

 

Aħna ġejna min Raħal Qalbieni,

Mimli ġrajja, magħġun fit-Twemmin,

Patrun għandna qaddis, lil Ġiovanni,

U b’Rotunda ta‘ ġmiel imkabbrin!

 

Lil San Ġwann Prekursur tal-Messija,

Lill-Għammiedi ta‘ Kristu l-ħanin;

L-Emegranti Xewkin għalenija,

Ġo l-Awstralja jfakkruk ferħanin!

 

Dik l-imħabba li tkebbset ġo demmna-

Lejn San Ġwann meta konnha ċkejknin-

Ma ntfiet qatt u sallum għadha ħajja,

Għalkemm aħna ninsabu mbeghdin!

 

Ġo l-art kbira w ta‘ risq – ta‘ l-Awstralja,

Il-bogħod ħafna mill-Gżejjer Maltin!

Dik ir-rabta mar-Raħal Twelidna,

Ħadd u xejn m’hu se’jħolla tul is-snin!

 

Lil San Ġwann Prekursur tal-Messija,

Lill-Għammiedi ta‘ Kristu l-ħanin;

L-Emegranti Xewkin għalenija,

Ġo l-Awstralja jfakkruk ferħanin!

 

Għemigranti Xewkin! Din hi l-Għanja-

Li tgħaqqadna bħal aħwa flimkien,

Din hi l-Għanja ta‘ Ulied ix-Xewkin-

Dejjem ħajja w ma tmut fl-ebda żmien!

 

Jibqa Ġwanni jberikna mis-Sema-

Lilna lkoll Emigranti Xewkin;

Il-Madonna w San Pawl iħarisna-

Sabiex ħaj jibqa fina t-Twemmin.

 

Lil San Ġwann Prekursur tal-Messija,

Lill-Għammiedi ta‘ Kristu l-ħanin;

L-Emegranti Xewkin għalenija,

Ġo l-Awstralja jfakkruk ferħanin!

 

Anton Haber

Ex President Onorarju tal-Banda

 

 
<< Start < Prev 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>

Results 188 - 198 of 254