Home
Messagg lill-Bandisti mis-Segretarju u BBQ fil-Kazin

 Messagg lill-Bandisti mis-Segretarju u BBQ fil-Kazin

Għażiż Bandist, 

 

Bħal ma jaf kulħadd din is-sena sa issa kellna 26 servizz, kważi fl-irħula kollha ta’ Għawdex.  15 minn dawn is-servizzi saru fir-raħal tagħna x-Xewkija.  Fil-ġimgħa tal-Festa tal-Patrun Tagħna San Ġwann Battista, l-banda għamlet xejn inqas minn 9 servizzi li kienu jfissru ħafna sagrifiċċji għalikom.  Il-programm mużikali li għamilna fil-ġimgħa tal-festa kien ta’ suċċess kbir u dan huwa mertu kollu tagħkom.

 

L-ewwel nett irrid nirringrazzjak tas-servizzi li inti tajt lill-Banda tagħna Prekursur din is-sena.  Ta’ min jirrimarka li kien hemm xi bandisti li ta sikwit kienu qed iffallu għas-servizzi li jkollha l-banda.  Hemm bżonn li l-bandist iħoss li jekk huwa ma jattendix għal xi servizz il-banda tħoss in-nuqqas tiegħu.  Irridu nagħmlu ftit aktar sagrifiċċju sabiex is-sena d-dieħla nagħtu aktar impenn lil banda tagħna u nippruvaw innaqsu mill-bandisti barranin.  Hekk inti veru tħobb lill banda u lir-raħal tax-Xewkija għandek tagħti dak kollu li tista lil din is-Soċjeta` Għażiża tagħna, sabiex timxi aktar il-quddiem.  Nispera li meta nibdew il-kuncerti ikun hemm aktar attendenza, u ma ninsewx li s-surmast jagħmel sagrifiċji kbar sabiex jiġi min Malta.

 

Bħal kull sena wara li jgħaddu l-festi nagħmlu BBQ fil-każin tal-banda tagħna lil bandisti kollha u nisa tagħkom tas-sagrifiċċju li huma jieħdu.  Dan ser issir nhar is-Sibt 19 ta’ Settembru 2009 fis-7.30 ta’ filgħaxija fil-bitħa tal-każin u f’każ tal-maltemp issir ġewwa.

 

Bħal ma għidna intom il-bandisti u n-nisa tagħkom b’xejn filwaqt li jekk tridu jġibu li xi ħadd magħkom il-prezz huwa ta’ € 6.

 

Huwa importanti ħafna li tavżawna sa mhux aktar tard mill-Ħamis 17 ta’ Settembru 2009 biex ma jkunx hemm ikel żejjed, billi tkelmu li xi membru tal-kumitat jew iċemplu lil M’Angelo Camilleri fuq 21555986-79267325 jew 21557495.

 

Grazzi  ħafna tas-servizzi li tajt lil banda tagħna u tas-sagrifiċċji li għamlu n-nisa tagħkom.  Nispera li narawkom

 

Dejjem taghkom

 

Omar Camilleri

Segretarju

 
<< Start < Prev 21 22 23 24 Next > End >>

Results 221 - 231 of 254