|
Festa San Ġwann 2009 - Part 1
Il-banda Prekursur bdiet is-servizzi tagħha fil-festa ta’ San Ġwann Battista nhar il-Ħadd filgħodu 14 ta’ Ġunju 2009, fejn għamlet , marċ tal-isfilata ta’ żwiemel li beda minn ħdejn il-Ġnien Castelvenere Ta’ Ġokk u baqa sejjer għat-Toroq il-Hamrija, Ċanga, Sant’Indrija, tal-Kanal, Torri Tinghi, San Żakkarija sal-Pjazza San Ġwann Battista, ix-Xewkija. F’dan is-servizz il-banda żanżnet is-sett tal-marċi l-ġodda.
Filgħaxija l-banda Prekursur ħadet sehemm fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesu li tiġi jċċelebrata fil-Fontana, Għawdex, fejn għamlet marċ u wara esegwiet programm mużikali fejn paxxiet li nies li kien hemm. Il-banda kienet komposta min 63 bandist, id-direzzjoni tal-banda kienet taħt is-Surmast Direttur Anthony Borg, fejn fl-aħħar daqqet l-Innu marċa Lill Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu hi u dieħla l-Istatwa fil-knisja. Hawn il-banda inatat applaws kbir minn nies preżenti.
It-Tnejn 15 ta’ Ġunju ħadet sehem attiv fil-ħruġ tal-istatwa minn Niċċa, fejn daqqet fil-Knisja fejn. Bdiet fl-Innu Marċ popolari lill San Ġwann l-Għammiedi mużika tas-surmast Vincenso Ciappara versi tal-mibki Joseph Vella fejn dawk preżenti flimkien mal-Kor kantaw dan l-innu tant sabieħ għalina x-Xewkin, wara indaqq l-Innu Reliġjuż lill San Ġwann l-Għammiedi mużika tas-surmast Vincenso Ciappara versi tal-mibki Joseph Vella, imbad indaqq O Kbir Prekursur Ġovanni mużika tas-surmast fundatur tal-Banda Prekursur versi ta’ Joseph S. Cutajar u sipiċajna bl-Innu Popolari lill San Ġwann l-Għammiedi. Wara il-banda għamlet marċ bl-istatwa ta’ San Ġwann li beda mill-Pjazza San Ġwann Battista, għal Triq l-Indipendenza, Triq il-Ħamrija, Triq Santa Katerina, xħin il-banda waslet ħdejn il-każin iż-żgħazagħ Brijużi Xewkijn komplew bil-briju sa ħdejn il-pjazzetta tal-ġibjun fi Triq il-Kbira fejn mad-daqq tal-innu marċja u l-kant l-istatwa ttellgħet fuq il-pedestall tagħha.
It-Tlieta 15 ta’ Ġunju fid-9.30 sar programm mużikali mill-banda Prekursur fil-Pjazza San Gwann Battista fl-okkazżjoni tat-80 Anniversarju tal-Banda Prekursur. Il-preżentatriċi tal-programm kienet il-bandista Xewkija Joanna Saliba. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Tagħha Anthony Borg. Il-programm beda billi l-banda esegwiet l-Innu lix-Xewkija ta’ Carmelo Pace, lirika tal-poeta Xewki Anton Haber, wara daqqet Innu lil Ghawdex tal-Prof. Joseph Vella, kliem tal-poeta George Pisani.
L-ewwel silta mużikali li ġiet esegwita mill-banda kienet Freeword Fantasy kompożizzjoni ta’ Jacob De Haan. It-tieni silta mużikali kienet Wonderland By Night din il-kompożizzjoni miktuba għal solo cornet b’akkumpanjament għal-Banda, is-solita fuq il-cornet kien il-bandist Xewki Charles Hili. Wara s-segretarju tal-banda Prekursur is-Sur Omar Camilleri qara poeżija li kieteb għal din l-okkażjoni.
It-Tmenin Anniversarju tal-Banda PREKURSUR
Kien it-tlettax ta’ Mejju,
Elf disa’ mija u disgħa u għoxrin,
Erbgħa rġiel ilkoll ħabrieka,
Waqfu l-banda tax-Xewkin.
Dak in-nhar kumitat twaqqaf,
U dlonk il-ħidma bdiet,
Inxtraw l-istrumenti kollha,
U malajr sena għaddiet.
U l-banda tax-Xewkija,
Li tat l-isem Prekursur,
Daqqet marċi għall-ewwel darba,
Lix-Xewkin għamlet unur.
Indri Borg kien l-ewwel wieħed,
Bħala surmast direttur,
Huwa l-Innu l-Kbir Kitbilna,
Lil San Ġwann il-Prekursur.
Issa għaddew tmenin sena,
U l-banda ma xjieħet qatt,
Kemm fil-ferħ u anke fin-niket,
Lil dan ir-raħal onorat.
Ħidma kbira u xogħol iebes,
Sabiex tmexxi soċjeta`,
Grazzi lil kumitat ħabbrieki,
Li jaħdem bis-serjeta`.
U s-sagrifiċċji tal-bandisti,
Illi jagħmlu tul is-snin,
Biex flimkien ilkoll jaħdmu,
Jiffurmaw il-banda tax-Xewkin.
Is-surmastrijiet li kellna,
Kollha ħadmu tul-iż-żmien,
Biex din il-banda ħabbrieka,
Daqqet kważi kullimkien.
Sabiex din is-soċjeta` taħdem,
Għandna bżonn aktar għajnuna,
Aktar nies nixtiequ jiġu,
Magħna jaħdmu u jgħinuna.
Kull Xewki għandu jkun kburi,
B’din il-banda tax-Xewkin,
Festa kbira dejjem tagħmel,
Biex tkun l-aqwa fost l-Għawdxin.
Ejjew ilkoll kollha kemm aħna,
Bil-banda nkunu kburin,
Prekursur għall-patrun tagħna,
Tant għażiż magħna x-Xewkin.
Lilna l-poplu tax-Xewkija,
Inti tferraħ kulfejn tmur,
Viva l-Kbir San Ġwann Battista,
Viva l-Banda PREKURSUR.
Omar Camilleri 8/06/2009
Waa s-Sur Hubert Saliba ipreżenta plakka ta’ San Ġwann Battista f’din l-okkażjoni lill President tal-banda Prekursur is-Sur Louis Vella.
It-Tielet silta mużikali li esegwiet il-banda kienet The Dream of Olwen, din is-silta hija miktuba għal pjanu solo flimkien mal-banda kompożizzjoni ta’ Charle Williams, flimkien mall-banda Prekuraur ħadet sehem il-bandista Xewkija Charlene Haber fuq il-pjanu. Wara l-banda esegwiet il-kanzunetta, arranġament mużikali ta’ John Bettis. Il-ħames silta mużikali li ġiet esegwita Memories of Cole Porter, selezzjoni minn wħud mill-aqwa kanzunetti u awtur Cole Porter. Wara beda feature dwar l-istorja tal-Banda fejn rajna minn xiex għaddiet il-banda Prekursur matul dawn it-80 sena, dan il-feature kien imwassal mis-Sur Mario Borg akkumpanjat mill-Banda Prekursur taħt is-Surmast Bravu Anthony Borg. L-arranġament mużikali ta’ dan il-feature huwa ta’ l’istess surmast Anthoby Borg. Hawn il-banda qalet applaws kbir minn dawk kollha preżenti. Hawnhekk ta’ minn jirringrazzja lill Banda Prekursur, lis-Surmast Anthony Borg, lis-sur Mario Borg, lis-sinjuri David Azzopardi u M’Angelo Camilleri li ħadmu sabiex setgħa jitella dan il-feature. Ta’ minn jinnota li l-Banda Prekursur żanżnet fowder Ġdid għal din l-okkażżjoni. L-aħħar silta kienet l-Innu Grandjuż La Nativita` di San Giovanni Battista mużika tas-surmast Fundatur Andrea Borg, kliem tas-Sur Joseph Serafin Cutajar, ħadu sehem il-Kor tal-banda Prekursur, flimkien mat-Tenur George Saliba, il-Baritnu Joe Huber u l-Mezzo-Soprano Yvonne Galea, solo fuq il-klarinett kien il-bandsit Xewki Joseph Vella. l-Innu Lill-Banda Prekursur ta’ Vincenso Ciappara u l-programm spiċċa bl-innu Nazzjonali ta’ Robert Sammu. Wara sar marċ sal-każin tal-Banda Prekursur fejn sar riċeviment lill-bandisti u lill-mistiedna distinti.
l-Erbgħa 17 ta’ Ġunju sar il-marċ tal-Ħamrija mill-banda mistiedna Ite Ad Joseph tal-Qala li beda min ħdejn il-Każin tal-banda Prekursur għal Triq il-Ħamrija u wara saret dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġwann Battista madwar il-plots tal-Ħamrija, fejn mad-daqq tal-innu marċja u l-kant l-istatwa ttellgħet fuq il-pedestall tagħha fi ħejn l-iskola Primarja Roża Magro.
L-għada l-Ħamis 18 ta’ Ġunju sar il-marċ tant popolari magħna x-Xewkin u jmexxi miż-Żgħażagħ Brijużi Xewkin fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika Prekursur. Il-marċ beda minn Triq il-Madonna tal-Ħniena b’dimostrazzjoni ta’ San Ġwann iż-Żgħir u għada għal Triq l-Imġarr għal-Triq San Bert, f’dan il-marċ ħadu sehem il-banda tar-raħal għażiż tagħna l-Prekursur flimkien mall-banda mistiedna Leone tar-Rabat t’Għawdex, fejn fost il-briju ta’ tant żgħażagħ Xewkin jisfnu mall-marċi popolari li daqqew dawn iż-żewġ baned. Triq San Bert kienet imballata bin-nies, xħin il-marċ wasal fil-pjazza San Ġwann Battista, l-marċ tkompla mill-banda Prekursur fost l-aqwa briju u alleġrija li għandna f’Għawdex, il-marċ baqa sejjer sa Triq San Żakkarija, fejn mad-daqq tal-innu marċja popolari flimkien mall-kant l-istatwa ttellgħet fuq il-pedestall tagħha.

|