|
Kommemorazzjoni tat-80 sena minn mindu il-Banda Prekursur
fethet il-bibien taghha
Ghal din il-gurnata tant important ghall-Banda Prekursur, li tahbat it-80 sena minn meta bdiet tifforma l-Banda ezattament fit-13 ta’ Mejju 1929, inhass il-bzonn li jittella program. Il-programm beda b’celebrazzjoni tal-quddiesa minn Mons. Carmelo Mercieca.
Barra dan, il-program kien imzewwaq b’diversi elementi li ghandhom x’jaqsmu kemm mall-passat, il-prezent u il-futur tal-Banda. Jekk nibdew minn din ta’ l-ahhar, jigifieri l-futur, l-aljievi li ghada pitt ghada jaspiraw li johorgu jdoqqu mal-Banda Prekursur interpretaw diversi bicciet muzikali. Kien hemm minn daqq il-parti tieghu individwalment kif ukoll kien hemm ohrajn li daqqew fi dwetti. L-ghazla tal-muzika kienet imhallta ferm fejn assistejna minn diski popolari, soundtracks ta’ films fost ohrajn. Prosit ferm nghidu lil dawn l-aljievi kollha pero ma rridux ninsew lill-ghalliema taghhom li ppreparaw bis-shih lill-aljievi biex johorgu dak li tghallmu matul dawn is-snin li ilhom jitghallmu mal-Banda taghna.
(aktar ritratti ta' l-aljievi zuru s-sezzjoni 'Ritratti')
Matul il-kors tas-serata kien hemm diversi nies mistiedna biex jaghmlu d-diskors taghhom ta’ l-okkazzjoni. Beda l-arkivist tal-banda Michelangelo Camilleri billi qara l-istorja fil-qosor. Biex aktar jinftiehem il-qari minn nies prezenti gie ippreparat powerpoint b’ritratti ta’ avvenimenti u personaggi li ghandhom x’jaqsmu mal-Banda. Wara dan, Jason Attard qara poezija li harget mill-pinna ta’ l-istess awtur Michelangelo Camilleri biex ifakkar din il-gurnata.
Barra dawn it-tnejn, diskorsi u hsibijiet ohra gew indirizzati lill-pubbliku prezenti mill-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca, is-Segretarju tal-Banda Prekursur is-Sur Omar Camiller, is-Surmast Direttur Mro. Anthony Borg u l-onorevoli Dr. Justyn Caruana.
Wara dan kollu, kien wasal il-hin biex tigi inawgurata l-website ufficjali tal-Banda Prekursur. Din giet illoncjata mill-President tal-Banda is-Sur Louis Vella flimkien mal-kumplament tal-kumitat. Imbaghad l-istess Louis Vella fetah il-guestbook billi hu kien l-ewwel wiehed li halla l-kummenti tieghu. Isegwuh hallew il-kummenti taghhom; John Vella (il-kaxxier) l-Arcipriet tar-rahal, Mro. Anthony Borg u Omar Camilleri.
Grazzi mill-qalbi imur lid-diversi nies li hadu hsieb l-amministrazzjoni ta’ din is-serata fosthom: Michelangelo Camilleri, Frans Galea, Jason Attard, Joseph Vella, Elaine Zammit Haber – li mexxiet is-serata tant tajjeb u fl-ahhar u mhux l-inqas lis-Socjeta tal-Muzew tas-Subien li ghogobhom jiprovdulna l-projector biex nuzawha fis-serata.
[Informazzjoni: Joseph Vella, Ritratti: Jason Attard]
|