Home
Ufficjalment miftuha - Wirja ta' Mattia Preti

 Ufficjalment miftuha - Wirja ta' Mattia Preti

 

Nhar is-Sibt 15 ta’ Ġunju 2013, saret l-inawgurazzjoni tal-wirja fil-każin tal-banda Prekursur bl-isem “Gozo Celebrates Mattia Preti”, bħala tifkira ta’ l-400 Anniversarju minn twelidu.  Din is-serata tmexxijiet mis-Sinjura Elaine Zammit Haber fejn wara saru xi diskorsi minn Kuratur tal-Wirja l-Professur Keith Sciberras, mill-President tal-Banda s-Sur Louis Vella, mis-Segretarju ta l-istess Banda Prekursur s-Sur Carmel Attard u minn Dr Anton Refalo. Il-ftuħ tal-wirja sar mill-Ministru Għal Għawdex l-Onor. Dr Anton Refalo, filwaqt it-tberik sar mill-arċipriet Mons Carmelo Mercieca.  Saru diversi diskorsi minn kull settur ta’ nies kemm dawk esperti f’dan it-tip ta’ pitturi ta’ importanza mondjali, u kien ukoll diskorsi ohrajn ta’ nies anqas esperti f’dan il-qasam.  Tabilhaqq il-kwantita ta’ nies li attendew ghal din il-wirja kien ferm inkoragganti.  Grazzi bil-quddiem filwaqt li nheggukom sabiex izzuru din il-wirja li qatt ma kelna gewwa x-Xewkija qabel, u li niddubita jistax ikun hawn dawn l-ammont ta’ pitturi migburin taht saqaf f’wiehed gewwa ebda rokna tal-gzira Ghawdxija.  

wirja_mattia_preti_1.jpg

wirja_mattia_preti_2.jpg

wirja_mattia_preti_3.jpg

wirja_mattia_preti_4.jpg

wirja_mattia_preti_5.jpg

wirja_mattia_preti_6.jpg

wirja_mattia_preti_7.jpg

 

 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 78 - 88 of 254