|
Servizz fin-Nadur u terga b'servizz iehor gewwa x-Xewkija |
|
Servizz fin-Nadur u terga b'servizz iehor gewwa x-Xewkija
Wara 9 servizzi li l-banda Prekursur kellha fil-festa ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija, il-banda Prekursur għal darba oħra reġet ipparteċipat fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl fir-raħal tan-Nadur. L-esekuzzjoni tas-servizz kien nhar il-festa, l-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2012, fejn il-Prekursur għamlet marċ min ħdejn il-każin tal-banda Mnarja sal-Pjazza San Pietru u San Pawl fejn wara esegwiet programm mużikali fuq il-planċier. Il-banda kienet taht il-bakketta tas-surmast Direttur Mro Anthony Borg.
Il-Ħadd 1 ta’ Lulju 2012, il-banda Prekursur għamlet marċ fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mill-ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Dun Mikiel Xuereb. Il-marċ beda min Triq Antonio Mallia Vernor għal Toroq il-Ħamsin, Santa katerina, Il-Knisja u baqa sejjer tal-Pjazza San Ġwann Battista fejn spiċċat bl-Innu Marċ Lill San Ġwannn L-Għammiedi.
|